Friday, February 17, 2006

Xaham fid-demm (Kolesterol)

Ix-xaham fid-demm jista jintiret jew inkella jkun kagunat. Il-kawza tista tkun dieta mimlija helu u grassijiet jew inkella mard.

Hemm zewg tipi ta' testijiet ghax-xaham fid-demm. Wiehed juza demm kapillari jigifieri demm mis-suba. Dan it-test jaghti rizultat immedjat. Test iehor juza demm mill-vina, u dan wiehed irid jistenna xi jiem qabel ma jkollu rizultat, pero dan ikun dettaljat iktar.

Hemm diversi tipi ta' xaham fid-demm. L-iktar komuni li jissemmew huma HDL (xaham tajjeb), LDL (xaham hazin), u triglycerides (xaham hazin). Jinghataw ukoll valuri ta' xaham totali, jigifieri is-somma tax-xaham kollu fid-demm (total cholesterol), kif ukoll 'ratio'. Dan ta' l-ahhar jirreferi ghal kemm mix-xaham fid-demm hu xaham tajjeb. Iktar ma jkun baxx ir-'ratio', iktar ahjar.

Xaham gholi fid-demm igib ftit sinjali li wiehed jinduna bihom, u hafna drabi pazjent jinduna li ghandu xaham gholi meta jaghmel 'check-up'. Xi whud mis-sinjali li juruna li hemm kolesterol gholi huma crieki bojod madwar il-habba tal-ghajn, nefhiet zghar madwar l-ghajnejn u fuq il-minkeb. Fid-dubju wiehed ghandu dejjem jistaqsi tabib.

L-importanza tal-kolesterol hi li dan jista' jkun kawza ta' attakki ta' qalb u puplesiji. F'dan ir-rigward il-prevenzjoni hi ta' mportanza kbira. Persuni ta' iktar minn 35 sena ghandhom jiccekjaw il-kolesterol jekk dan m'ghamluhx. Dieta bilancjata tghin biex il-kolesterol ma joghliex, u wiehed ghandu jevita helu zejjed, qali ta' spiss, u ikel zejtni bhal 'fast food'.


Dr A. Cordina


Referenzi

  • Stamler J, Daviglus ML, Garside DB, Dyer AR, Greenland P, Neaton JD. Relationship of Baseline Serum Cholesterol Levels in 3 Large Cohorts of Younger Men to Long-term Coronary, Cardiovascular, and All-Cause Mortality and to Longevity. JAMA. 2000;284:311-318.
  • Ridker PM, Rifai N, Cook NR, Bradwin G, Buring JE. Non–HDL Cholesterol, Apolipoproteins A-I and B100, Standard Lipid Measures, Lipid Ratios, and CRP as Risk Factors for Cardiovascular Disease in Women. JAMA. 2005;294:326-333.
  • Sacco RL, Benson RT, Kargyman DE, Boden-Albala B, Tuck C, Feng Lin I, Cheng JF, Paik MC, Shea S, Berglund L. High-Density Lipoprotein Cholesterol and Ischemic Stroke in the Elderly. The Northern Manhattan Stroke Study. JAMA. 2001;285:2729-2735.
  • Hebert PR, Gaziano JM, Chan KS, Hennekens CH. Cholesterol lowering with statin drugs, risk of stroke, and total mortality. An overview of randomized trials. JAMA, Jul 1997; 278: 313 - 321.
  • Corti MC, Guralnik JM, Salive ME, Harris T, Field TS, Wallace RB, Berkman LF, Seeman TE, Glynn RJ, Hennekens CHHDL cholesterol predicts coronary heart disease mortality in older persons. JAMA, Aug 1995; 274: 539 - 544.
  • Verschuren WM, Jacobs DR, Bloemberg BP, Kromhout D, Menotti A, Aravanis C, Blackburn H, Buzina R, Dontas AS, Fidanza F. Serum total cholesterol and long-term coronary heart disease mortality in different cultures. Twenty-five-year follow-up of the seven countries study. JAMA, Jul 1995; 274: 131 - 136.

2 comments:

Anonymous said...

I find your articles both informative and easily understandable by people, who like myself, have no medical background.

Anonymous said...

Importanti wiehed jevita l-margarines li huma jghollu l-kolesterol!