Thursday, June 22, 2006

Gastroenterite

Gastroenterite hi iffjammazzjoni tal-istonku u l-musrana. Din tikkawza sintomi ta' ugiegh fil-bokka tal-istonku jew fiz-zaqq, dardir, remettar, dijarreja kif ukoll deni. F'kazi gravi tista' twassal ghal dizidratazzjoni, jigifieri li l-pazjent jonqsulu l-fluwidi (jinxef).

Hemm diversi kawzi ta' gastroenterite, fosthom viruses, batterji, medicini, u radjazzjoni, pero l-iktar komuni hu li tigi kkawzata minn viruses. Iz-zmien li fih ikun hawn l-iktar minn din il-marda hu x-xhur shan tas-sajf. Hafna nies jirreferu ghaliha bhala 'gastric flu'.

Il-mikrobi (batterji u viruses) li jikkawzaw il-gastroenterite jinxterdu permezz tal-ikel. Dan jista ikun gie mitluq mhux refrigirat, msajjar hazin, jew ikkontaminat minn persuna li jkollha il-mikrobi. Ghalhekk biex wiehed jevita li din il-marda tinxtered ghandu jzomm ikel 'li jmur' (bhal laham, ikel misjur, ikel li fih prodotti tal-halib) gewwa l-frigg jew freezer u johorgu biss biex jieklu. L-igjene hi importanti hafna biex jitrazzan it-tixrid tal-gastroenterite. F'dan ir-rigward il-hasil tal-idejn ghandu rwol krucjali.

Il-kura tal-gastroenterite tinvolvi perjodu ta' dieta fejn jittiekel ikel bhal galletti, toast, ross, u laham fuq il-fwar. Hu importanti hafna li l-fluwidi li jintilfu jigu irkuprati permezz ta' xorb ta' ilma imhallat bil-qratas. Ghandu jigi evitat ikel moqli jew li jkun fih xi prodotti tal-halib (bhal gobon u krema). F'kazi rari meta t-tabib jissuspetta li l-gastroenterite giet ikkawzata minn batterji jintuzaw l-antibijotici.


Dr A. Cordina



Referenzi
  • Esperjenza Professjonali
  • Gorbach SL. Treating diarrhoea. BMJ, Jun 1997; 314: 1776
  • Fei Ho T, Yip WCL, Duggan C, Vashishtha VM. Oral rehydration solution. BMJ, Nov 2001; 323: 1068 ; doi:10.1136/bmj.323.7320.1068
  • Hale A. Foodborne viral infections. BMJ, May 1999; 318: 1433 – 1434