Sunday, September 10, 2006

Ugiegh fil-grizmejn

L-ugiegh fil-grizmejn hu lment komuni. Jinstab fil-kbar kif ukoll fiz-zghar. Niltaqa' mieghu tul is-sena kollha, pero' l-iktar frekwenti jkun fix-xhur tax-xitwa. Il-kelma wgiegh tigbor fiha kemxa ta' lmenti bhal hruq, tingiz, 'tixlil', u wgiegh qawwi. Dawn is-sintomi jinhassu l-aktar meta l-pazjent jibla, liema att jista' jkun difficli hafna minhabba l-ugiegh.Kwazi dejjem insib hmura fil-grizmejn, li maghha gieli jkun hemm infjammazjoni tat-tunsilli.

Il-kagun tal-ugiegh fil-grizmejn jista' jkun allergija, infezzjoni, jew inkella acidu mill-istonku li jkun tela' sal-grizmejn. F'dan tal-ahhar ikun hemm sintomi ohrajn bhal ugiegh fiz-zaqq, sens ta' ikkuppar u dardir.

Il-kura ta' din il-problema tiddependi mill-kawza. Rarament ikun hemm bzonn tal-antibijotici li huma tant favoriti mal-pazjenti. Gieli jigri li t-tabib jispicca jordna l-antibijotici wara pressjoni mill-istess pazjent li jkun konvint li dawn biss ser ifejquh. Fil-verita hafna kazi fejn ma jkun hemm l-ebda kumplikazzjoni jistghu jitfejqu b'antihistamines u pilloli kontra l-ugiegh. L-antibijotici ghandhom uzu f'dawk il-kazi fejn l-antihistamine ma jahdimx, jew fejn il-pazjent hu maghdur hafna b'telqa, deni gholi, u soghla. Jistghu wkoll jintuzaw meta jkun hemm tunsilli minfuhin bil-materja.

Bhal f'kollox il-prevenzjoni hi ahjar mill-kura. Biex wiehed 'jilqaghlu' ghandu jevita tibdiliet kbar fit-temperatura ta' gismu, jitkebbeb sew fix-xhur keshin tax-xitwa u malli jhoss grizmejh ituh fastidju ikellem lit-tabib tieghu.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Scott J, Orzano AJ. Evaluation and Treatment of the Patient with Acute Undifferentiated Respiratory Tract Infection. The Journal Of Family Practice, December 2001 • Vol. 50, No. 12
  • Aroll B, Kenealy T. Do Delayed Prescriptions Reduce the Use of Antibiotics for the Common Cold? The Journal Of Family Practice, April 2002 • Vol. 51, No. 4
  • Dyke II PC, Stevermer JJ. Can a clinical rule accurately predict whether a patient has strep throat? The Journal Of Family Practice, January 2001 • Vol. 50, No. 1

No comments: