Saturday, March 03, 2007

Il-Meningite

Il-meningite hija marda serja hafna, li fortunatament hi rari. Tigi kkawzata meta l-kisi tal-mohh u s-sinsla tad-dahar jiffjammaw ruhom minhabba infezzjoni b'mikrobi. Il-mikrobi jistghu ikunu batterji, viruses, jew mofof.

Klassikalment min ikollu din il-marda jipprezenta b'ugigh ta' ras qawwi, dardir, remettar, stmerrija tad-dawl, ugigh fid-dahar mal-movimenti specjalment tal-irkoppa u l-ghonq, telqa, ghejja, u raxx fil-gilda. Dan tal-ahhar hu tipiku ghal meningite fis-sens li meta l-parti tal-gilda tinghafas, din ma ticcarax ('non blanching').

Xi kultant pero l-meningite ma tikkawza l-ebda minn dawn. L-ahhar kaz ta' meningite li ltqajt mieghu kien f'bahri li meta mort narah kien qisu fis-sakra. It-testijiet li sarulu wara li bghattu l-isptar wrew li din kienet filfatt meningite, u wara l-kura dan il-bahri gie ghan-normal.

Sitwazzjoni li spiss niltaqa' maghha hi ta' omm inkwetata li binha jew bintha ghandha l-meningite ghax qed tilmenta b'ugigh ta' ras qawwi. Fl-assenza tas-sintomi tipici huwa ferm difficli li ssir dijanjosi ta' meningite. L-allarmizmu ma jaghmel tajjeb lil hadd, specjalment meta wiehed iqis li l-unika test ghal meningite jinvolvi li tiddahhal labra f'dahar il-pazjent.

Il-kura ta' din il-marda ssir go l-isptar minhabba s-serjeta taghha. F'kazi meta l-meningite tkun ikkawzata minn batterji jridu jigu moghtija l-antibijotici lill-familjari tal-pazjent. Partikolarment dawk li kellhom kuntatt mill-qrib. Jezistu wkoll vaccini kontra din il-marda li jinghataw lit-tfal u dawk f'riskju.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Grimwood K. Legacy of bacterial meningitis in infancy, BMJ, Sep 2001; 323: 523 - 524 ; doi:10.1136/bmj.323.7312.5
  • Cohen J. Management of bacterial meningitis in adults. BMJ, May 2003; 326: 996 - 997 ; doi:10.1136/bmj.326.7397.996
  • Meller K, Skinhej P. Guidelines for managing acute bacterial meningitis. BMJ, May 2000; 320: 1290 ; doi:10.1136/bmj.320.7245.1290
  • Wise J. UK introduces new meningitis C vaccine. BMJ, Jul 1999; 319: 278
  • Carter C. Common Presenting Features of Bacterial Meningitis. Am Fam Physician, September 15, 2005