Sunday, September 09, 2007

Ugigh fid-dahar

L-iktar kawza komuni hi strapazz li jigri meta wiehed jerfa' xi oggetti tqal b'mod hazin (il-pozizzjoni tajba biex terfa' tista ssibha hawn), jahdem ghal hin twil minghajr ma jistrieh, jew jaghmel xoghol li mhux imdorri jaghmel. B'xoghol qed nifhem dak manwali, jew li jinvolvi element qawwi ta' sforz fiziku. L-iktar nies li huma suxxettibli ghal strapazz huma dawk ta' eta' relattivament zghira li ghadhom qed jahdmu.

Raguni ohra ghalfejn ikollna ugigh f'daharna hi 'slipped disc'. Ix-xewka tad-dahar hi maghmula minn irkiekel tal-ghadam wiehed fuq l-iehor. Bejn dawn l-irkiekel hemm qisu mhadda li tghin il-moviment tax-xewka. Din l-imhadda hi maghmula minn curkett iebes fuq barra li fic-centru tieghu ghandu qisu gel. Il-kundizzjoni ta' slipped disc tirrizulta meta c-curkett jiddghajjef u jibbozza 'l barra. Gieli jinqasam u l-gel johrog barra. Fiz-zewg kazi jkun hemm pressjoni fuq is-sinsla tad-dahar li ggib maghha ugigh fid-dahar. L-ugigh jista' wkoll jinzel fis-sieq. F'kazi iktar gravi jkun hemm tnemnim fis-saqajn u jista' jaghti l-kaz li jigi affettwat il-mixi.Il-kawzi ta' slipped disc huma principalment l-irfigh u l-istrapazz. L-iktar f'riskju huma dawk li jaghmlu xoghol manwali goff bhal nghidu ahna bennejja. Il-kura tinvolvi mistrieh, edukazzjoni tal-pazjent, pilloli, u operazzjonijiet. Il-pazjent tajjeb li jkun jaf il-mod korrett tal-irfigh, jigifieri billi juza s-saqajn u mhux id-dahar biex jerfa'.

Iktar ma l-bniedem jikber, jibdew jidhlu kawzi ohrajn ta' ugigh fid-dahar. Ghalhekk fl-anzjani nsibu li l-ugigh jista' ikun ikkawzat minn artrite bejn l-irkiekel. Din komunement tikkawza ugigh li jigi u jmur, jista' jkun aghar fl-ahhar tal-gurnata u fil-granet keshin tax-xitwa.

L-ostejoporosi hija kundizzjoni ohra assocjata mal-anzjanita, fejn l-ghadam jibda jirqaq u jitlef is-sahha tieghu. Meta din tmiss l-irkiekel tad-dahar dawn jistghu jinkisru (litteralment icedu) u jsehh l-ugigh. Fl-istampa tax-xellug naraw rukkell ta' ragel b'sahhtu ta' 37 sena, filwaqt li f'dik tal-lemin naraw rukell ta' mara ta' 75 sena.


Kawzi inqas komuni ta' ugigh fid-dahar huma skoljozi, infezzjonijiet, u tumuri. Wiehed ghandu dejjem ikellem tabib meta jhoss ugigh f'daharu u m'ghandux jissaporti ('forsi jghaddili'), ghaliex hafna drabi xi ftit pariri, jumejn mistrieh u pilloli kontra l-ugigh ikunu bizzejjed biex dan jittaffa.


Dr A. Cordina


Referenzi

  • Patel AT, Ogle AA. Diagnosis and Management of Acute Low Back Pain. Am Fam Physician, March 15, 2000
  • Crof t PR, Macfarlane GJ, Papageorgiou AC, Thomas E, Silman AJ. Outcome of low back pain in general practice: a prospective study. BMJ, May 1998; 316: 1356 – 1359
  • Koes BW, van Tulder MW, Thomas S. Diagnosis and treatment of low back pain. BMJ, Jun 2006; 332: 1430 - 1434 ; doi:10.1136/bmj.332.7555.1430
  • Pengel LHM, Herbert RD, Maher CG, Refshauge KM. Acute low back pain: systematic review of its prognosis. BMJ, Aug 2003; 327: 323 ; doi:10.1136/bmj.327.7410.323
  • Speed C. Low back pain. BMJ, May 2004; 328: 1119 - 1121 ; doi:10.1136/bmj.328.7448.1119
  • Little P, Smith L, Cantrell T, Chapman J, Lagridge J, Pickering R. General practitioners' management of acute back pain: a survey of reported practice compared with clinical guidelines. BMJ, Feb 1996; 312: 485 - 488
  • Samanta A, Beardsley J. Evidence based case report: Low back pain: which is the best way forward? BMJ, Apr 1999; 318: 1122 – 1123
  • Ellis RM. Editorials: Back pain. BMJ, May 1995; 310: 1220
  • http://www.clevelandclinic.org/health/health-info/docs/0300/0359.asp?index=4485