Saturday, October 11, 2008

Id-Dieta u d-Dijabete

L-ghanijiet tad-dieta fid-dijabete huma li jigi ikkontrollat il-livell taz-zokkor fid-demm, jigi ikkontrollat ix-xaham fid-demm biex jitnaqqas ir-riskju ta' mard tal-qalb, il-pressjoni tad-demm tinzamm f'livell accettabbli, u jigu evitati il-kumplikazzjonijiet tad-dijabete fid-diversi partijiet tal-gisem. Dan filwaqt li ma jintesewx il-gosti tal-individwu u l-ikel jinzamm palatabbli.

L-ezercizzju u l-attivita' fizika ghandhom irwol fil-kontroll tad-dijabete. Dan ghaliex minbarra li jnaqqsu l-piz, izidu s-sensitivita tal-gisem ghall-insulina u jbaxxu z-zokkor.

Skond l-esperti, filwaqt li min ibati bid-dijabete ghandu jiekol ftit jew xejn hlewwiet, dan m'ghandux jelimina il-karboidrati (bhall-ghagin, hobz, u patata) mid-dieta. Dan ghaliex dawn jipprovdu nutrijenti essenzjali bhall-energija, fibra, vitamini, minerali u jaghmlu l-ikel appetituz. Jistghu jintuzaw sweeteners bhal aspartame u saccharine flok zokkor.

Dieta b'inqas xahmijiet ghandha tigi inkoraggita ghax din iggib tnaqqis fil-piz, kif ukoll tnaqqas ir-resistenza ghall-insulina (fattur fid-dijabete). L-ghan hu li jitnaqqsu saturated fats u trans fatty acids biex jitnaqqas il-kolesterol il-hazin (LDL cholesterol). Min-naha l-ohra ghandu jigi inkoraggit il-konsum ta' polyunsaturated fats li minnhom insibu fil-hut. Ir-rakkomandazzjoni hi li jittiekel hut darbtejn jew tlieta fil-gimgha (minbarra hut moqli kummercjalment). Ta' beneficcju huma 'plant sterols' u 'plant stanols' li jinblukkaw l-assorbiment tal-kolesterol. Ta' benficcju wkoll hu ikel li fih il-fibra (wholemeal bread, frott, u haxix).

Filwaqt li dieti b'livell gholi ta' proteini jistghu inaqqsu z-zokkor fid-demm kif ukoll il-piz, ghad m'hemmx informazzjoni bizzejjed dwar l-effetti ta' din id-dieta fit-tul.

Meta nigu ghall-alkohol, dan ghandu jigi kkunsmat b'moderazzjoni, jigifieri xarba wahda kuljum fin-nisa u inqas minn tnejn fl-irgiel. Ovvjament jekk jista' jigi evitat ahjar, specjalment f'dawk bi storja ta' abbuz, f'nisa tqal u f'individwi bi problemi medici bhal tal-fwied, pancreas, nervituri u f'dawk b'xaham gholi. L-alkohol ghandu jigi kkunsmat mal-ikel biex ma jkunx hemm caqliq zejjed tal-livell taz-zokkor fid-demm, kif ukoll jigi evitat il-konsum filghaxija biex jonqos ir-riskju li jaqa' il-livell taz-zokkor fid-demm matul il-lejl.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Nutrition Recommendations and Interventions for Diabetes: A position statement of the American Diabetes Association. Diabetes Care 30: S48-65S

Friday, July 11, 2008

Il-Vini tas-Saqajn

Fis-saqajn ghandna sistema ta' vini li l-funzjoni taghha hi li d-demm li jasal fis-sieq biex isostni l-muskoli u l-ghadam twasslu lura lejn il-qalb. Hemm vini fil-fond, vini superficjali u vini li jgongu. Barra minn hekk hemm vini rqaq li jinstabu fil-gilda. Matul dawn il-vini ghandna 'non return valves' li xogholhom hu li jwaqqfu d-demm milli jerga' lura u jonfoh il-vini. Biex tghin il-fluss tad-demm hemm l-azzjoni tal-muskoli li tahdem bhal pompa fuq il-vini.

Il-vini jikkawzaw problemi meta d-demm jibda jingabar go fihom minflok jimxi lejn il-qalb. Hafna drabi dan jigri minhabba li jkun hemm twessieh ikkawzat mis-shana jew perjodi twal bil-wieqfa. Iktar serju hu meta ssir hsara fil-'valves' u allura d-demm jibda jimxi lura fis-saqajn minflok 'il barra. Dan komunement narawh waqt tqala jew dawk li huma 'overweight'.

Is-sintomi u s-sinjali l-iktar frekwenti huma sens ta' gheja u/jew toqol fis-saqajn, hakk, u ugiegh. Naraw ukoll nefha. Dawn jistghu jittaffew billi l-pazjent joqghod xi ftit hin b'saqajh mghollija.
Naraw ukoll 'thread veins' li jkunu bhal hjut vjola, l-iktar komuni wara hlas .
Iktar serju minn hekk hemm 'varicose veins' li huma nefhiet fil-vini li jkunu mqabbzin 'il barra.
Meta s-sitwazzjoni tkun gravi, sahansitra jigri li jkun hemm hrug ta' demm u likwidi ghal gol-gilda. Biz-zmien dan jaghti lok ghal tebghat kannella fis-saqajn kif ukoll thaffir (ulcerazzjoni) tal-gilda.

Hija ferm importanti l-prevenzjoni ta' dawn il-problemi kollha. Din issir permezz ta' kura tal-piz, evitar ta' hafna hin bil-wieqfa jew fejn dan mhux possibli (minhabba per ezempju xoghol) jintuzaw kalzetti apposta (compression stockings). Hemm ukoll xi ngwenti u pilloli li wiehed jista' juza. Meta dawn ma jahdmux isir rikors ghall-kirurgija.

Barra problema ta' dehra, vini minfuhin huma wkoll riskju ghas-sahha. Dan ghaliex jistghu jiffjammaw ('thrombophlebitis' - kundizzjoni li tikkawza ugiegh), kif ukoll jista' jaghqad id-demm go fihom (trombozi). Ghalhekk prevenzjoni u kura fil-waqt huma essenzjali.


Dr A.Cordina


Referenzi
  • http://www.mayoclinic.com/health/varicose-veins/DS00256
  • London NJM, Nash R. ABC of arterial and venous disease: Varicose veins . BMJ May 2000; 320: 1391 - 1394; doi:10.1136/bmj.320.7246.1391
  • Campbell B. Varicose veins and their management . BMJ Aug 2006; 333: 287 - 292; doi:10.1136/bmj.333.7562.287
  • Bradbury A, Evans C, Allan P, Lee A, Ruckley V, Fowkes FGR. What are the symptoms of varicose veins? Edinburgh vein study cross sectional population survey . BMJ 1999;318:353-356 ( 6 February )

Friday, February 22, 2008

Il-Prostata

Organu li nsibu biss fir-ragel huwa l-prostata. Dan l-organu jinstab fil-pelvis taht il-buzzieqa tal-urina. Il-funzjoni tal-prostata hi li tipproduci l-fluwidu seminali li huwa l-mezz ta’ transport tal-ispermi fi triqithom lejn il-bajda tal-mara. Il-muskoli tal-prostata jghinu l-fluwidu seminali biex johrog.

Problemi tal-prostata l-iktar li jitfaccaw huwa f’etajiet kemmxejn avvanzati. Rari tikkawza problemi f’dawk ta’ inqas minn erbghin sena. L-iktar mard komuni ta’ dan l-organu hu infezzjoni, tkabbir, u kancer.

Infezzjoni jew prostatite hija karatterizzata minn infjammazzjoni u tikkawza problemi mal-urinazzjoni. Hekk il-pazjent jilminta minn hruq, diffikulta biex jghaddi l-urina, demm ma’ l-istess urina u deni. It-testijiet indikati huma test tal-urina (dipstix) u test tad-demm (PSA). Kors antibijotici hu dak li jkun hemm bzonn fil-maggoranza tal-kazi.

Tkabbir tal-prostata huma fenomenu prattikalment universali fl-irgiel iktar ma jghaddi z-zmien. Il-pazjent jinduna bih meta jintebah li qed ibati biex jghaddi l-urina, jew inkella in-‘nixxiegha’ tkun batuta. F’dan ir-rigward l-ewwel ezami li jsir mit-tabib huwa ezami minn wara tal-pazjent (ezami rettali) fejn issir stima tal-kobor tal-prostata kif ukoll joqghod attent ghal xi bocca. Imbaghad isir test tal-PSA, uroflow, u ultrasound. Il-kura ta’prostata kbira tvarja minn kors ta’ pilloli sa kirurgija biex jinfetah passagg ghall-urina u b’hekk il-pazjent ma jibqax ibati f’dan ir-rigward.

Il-kawza tal-kancer tal-prostata ma nafuhiex pero hu maghruf li dan il-kancer hu assocjat ma' eta ('il fuq minn 45 sena), fatturi ereditarji (hemm iktar riskju jekk il-missier jew l-ahwa huma affettwati), razza ta' kulur, dieta fqira minn vitamina D, E, selenium, u omega 3 fatty acids. Hu wkoll assocjat ma' livell gholi ta' testosterone fid-demm u obesita'.

Il-kancer tal-prostata jista’ jigi skopert waqt testijiet ghal xi sintomi li jkun ikkawza li mhumiex differenti minn dawk ta’ tkabbir tal-prostata. Inkella t-tabib jista’ jintebah bih waqt testijiet ta’ rutina. Fir-rigward tal-kancer l-iktar ezamijiet utli huwa ezami rettali fejn jista’ jinhass bhala bocca, PSA u ultrasound. Jekk jinqabad kmieni ic-cans ta’ kura tkun akbar, ghalhekk huwa mportanti li rgiel ta’ l-fuq minn 45 sena jaghmlu t-test tal-PSA. It-terapija ta’ dan ik-kancer kwazi dejjem tinvolvi kirurgija, kif ukoll jista’ jkun hemm bzonn ta’ kura ormonali, kemoterapija u raggi, skond kemm ikun lahaq dahal il-kancer.

Kelmtejn fuq il-PSA. Fi kliem semplici dan hu test tad-demm li jekk ikun gholi jindika li hemm xi tip ta’ problema fil-prostata. Pero’ wahdu ma jindikax xi tkun il-problema, u ghalhekk meta jkun gholi il-pazjent irid jigi segwit mill-qrib mit-tabib biex tigi skoperta l-kawza.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Rao JN. High result in prostate specific antigen test: Ten minutes is not enough to deal with the PSA question . BMJ, Nov 2003; 327: 1227 ; doi:10.1136/bmj.327.7425.1227-a
  • Farmer A. 10-minute consultation: Prostatic symptoms. BMJ, Jun 2001; 322: 1468 ; doi:10.1136/bmj.322.7300.1468
  • Abrams P. Managing lower urinary tract symptoms in older men. BMJ, Apr 1995; 310: 1113 – 1117
  • Barry MJ, Roehrborn CG. Extracts from "Clinical Evidence": Benign prostatic hyperplasia. BMJ, Nov 2001; 323: 1042 - 1046 ; doi:10.1136/bmj.323.7320.1042
  • Parkes C, Wald NJ, Murphy P, George L, Watt HC, Kirby R, Knekt P, Helzlsouer KJ, Tuomilheto J. Prospective observational study to assess value of prostate specific antigen as screening test for prostate cancer. BMJ, Nov 1995; 311: 1340 - 1343