Friday, February 22, 2008

Il-Prostata

Organu li nsibu biss fir-ragel huwa l-prostata. Dan l-organu jinstab fil-pelvis taht il-buzzieqa tal-urina. Il-funzjoni tal-prostata hi li tipproduci l-fluwidu seminali li huwa l-mezz ta’ transport tal-ispermi fi triqithom lejn il-bajda tal-mara. Il-muskoli tal-prostata jghinu l-fluwidu seminali biex johrog.

Problemi tal-prostata l-iktar li jitfaccaw huwa f’etajiet kemmxejn avvanzati. Rari tikkawza problemi f’dawk ta’ inqas minn erbghin sena. L-iktar mard komuni ta’ dan l-organu hu infezzjoni, tkabbir, u kancer.

Infezzjoni jew prostatite hija karatterizzata minn infjammazzjoni u tikkawza problemi mal-urinazzjoni. Hekk il-pazjent jilminta minn hruq, diffikulta biex jghaddi l-urina, demm ma’ l-istess urina u deni. It-testijiet indikati huma test tal-urina (dipstix) u test tad-demm (PSA). Kors antibijotici hu dak li jkun hemm bzonn fil-maggoranza tal-kazi.

Tkabbir tal-prostata huma fenomenu prattikalment universali fl-irgiel iktar ma jghaddi z-zmien. Il-pazjent jinduna bih meta jintebah li qed ibati biex jghaddi l-urina, jew inkella in-‘nixxiegha’ tkun batuta. F’dan ir-rigward l-ewwel ezami li jsir mit-tabib huwa ezami minn wara tal-pazjent (ezami rettali) fejn issir stima tal-kobor tal-prostata kif ukoll joqghod attent ghal xi bocca. Imbaghad isir test tal-PSA, uroflow, u ultrasound. Il-kura ta’prostata kbira tvarja minn kors ta’ pilloli sa kirurgija biex jinfetah passagg ghall-urina u b’hekk il-pazjent ma jibqax ibati f’dan ir-rigward.

Il-kawza tal-kancer tal-prostata ma nafuhiex pero hu maghruf li dan il-kancer hu assocjat ma' eta ('il fuq minn 45 sena), fatturi ereditarji (hemm iktar riskju jekk il-missier jew l-ahwa huma affettwati), razza ta' kulur, dieta fqira minn vitamina D, E, selenium, u omega 3 fatty acids. Hu wkoll assocjat ma' livell gholi ta' testosterone fid-demm u obesita'.

Il-kancer tal-prostata jista’ jigi skopert waqt testijiet ghal xi sintomi li jkun ikkawza li mhumiex differenti minn dawk ta’ tkabbir tal-prostata. Inkella t-tabib jista’ jintebah bih waqt testijiet ta’ rutina. Fir-rigward tal-kancer l-iktar ezamijiet utli huwa ezami rettali fejn jista’ jinhass bhala bocca, PSA u ultrasound. Jekk jinqabad kmieni ic-cans ta’ kura tkun akbar, ghalhekk huwa mportanti li rgiel ta’ l-fuq minn 45 sena jaghmlu t-test tal-PSA. It-terapija ta’ dan ik-kancer kwazi dejjem tinvolvi kirurgija, kif ukoll jista’ jkun hemm bzonn ta’ kura ormonali, kemoterapija u raggi, skond kemm ikun lahaq dahal il-kancer.

Kelmtejn fuq il-PSA. Fi kliem semplici dan hu test tad-demm li jekk ikun gholi jindika li hemm xi tip ta’ problema fil-prostata. Pero’ wahdu ma jindikax xi tkun il-problema, u ghalhekk meta jkun gholi il-pazjent irid jigi segwit mill-qrib mit-tabib biex tigi skoperta l-kawza.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Rao JN. High result in prostate specific antigen test: Ten minutes is not enough to deal with the PSA question . BMJ, Nov 2003; 327: 1227 ; doi:10.1136/bmj.327.7425.1227-a
  • Farmer A. 10-minute consultation: Prostatic symptoms. BMJ, Jun 2001; 322: 1468 ; doi:10.1136/bmj.322.7300.1468
  • Abrams P. Managing lower urinary tract symptoms in older men. BMJ, Apr 1995; 310: 1113 – 1117
  • Barry MJ, Roehrborn CG. Extracts from "Clinical Evidence": Benign prostatic hyperplasia. BMJ, Nov 2001; 323: 1042 - 1046 ; doi:10.1136/bmj.323.7320.1042
  • Parkes C, Wald NJ, Murphy P, George L, Watt HC, Kirby R, Knekt P, Helzlsouer KJ, Tuomilheto J. Prospective observational study to assess value of prostate specific antigen as screening test for prostate cancer. BMJ, Nov 1995; 311: 1340 - 1343