Saturday, October 11, 2008

Id-Dieta u d-Dijabete

L-ghanijiet tad-dieta fid-dijabete huma li jigi ikkontrollat il-livell taz-zokkor fid-demm, jigi ikkontrollat ix-xaham fid-demm biex jitnaqqas ir-riskju ta' mard tal-qalb, il-pressjoni tad-demm tinzamm f'livell accettabbli, u jigu evitati il-kumplikazzjonijiet tad-dijabete fid-diversi partijiet tal-gisem. Dan filwaqt li ma jintesewx il-gosti tal-individwu u l-ikel jinzamm palatabbli.

L-ezercizzju u l-attivita' fizika ghandhom irwol fil-kontroll tad-dijabete. Dan ghaliex minbarra li jnaqqsu l-piz, izidu s-sensitivita tal-gisem ghall-insulina u jbaxxu z-zokkor.

Skond l-esperti, filwaqt li min ibati bid-dijabete ghandu jiekol ftit jew xejn hlewwiet, dan m'ghandux jelimina il-karboidrati (bhall-ghagin, hobz, u patata) mid-dieta. Dan ghaliex dawn jipprovdu nutrijenti essenzjali bhall-energija, fibra, vitamini, minerali u jaghmlu l-ikel appetituz. Jistghu jintuzaw sweeteners bhal aspartame u saccharine flok zokkor.

Dieta b'inqas xahmijiet ghandha tigi inkoraggita ghax din iggib tnaqqis fil-piz, kif ukoll tnaqqas ir-resistenza ghall-insulina (fattur fid-dijabete). L-ghan hu li jitnaqqsu saturated fats u trans fatty acids biex jitnaqqas il-kolesterol il-hazin (LDL cholesterol). Min-naha l-ohra ghandu jigi inkoraggit il-konsum ta' polyunsaturated fats li minnhom insibu fil-hut. Ir-rakkomandazzjoni hi li jittiekel hut darbtejn jew tlieta fil-gimgha (minbarra hut moqli kummercjalment). Ta' beneficcju huma 'plant sterols' u 'plant stanols' li jinblukkaw l-assorbiment tal-kolesterol. Ta' benficcju wkoll hu ikel li fih il-fibra (wholemeal bread, frott, u haxix).

Filwaqt li dieti b'livell gholi ta' proteini jistghu inaqqsu z-zokkor fid-demm kif ukoll il-piz, ghad m'hemmx informazzjoni bizzejjed dwar l-effetti ta' din id-dieta fit-tul.

Meta nigu ghall-alkohol, dan ghandu jigi kkunsmat b'moderazzjoni, jigifieri xarba wahda kuljum fin-nisa u inqas minn tnejn fl-irgiel. Ovvjament jekk jista' jigi evitat ahjar, specjalment f'dawk bi storja ta' abbuz, f'nisa tqal u f'individwi bi problemi medici bhal tal-fwied, pancreas, nervituri u f'dawk b'xaham gholi. L-alkohol ghandu jigi kkunsmat mal-ikel biex ma jkunx hemm caqliq zejjed tal-livell taz-zokkor fid-demm, kif ukoll jigi evitat il-konsum filghaxija biex jonqos ir-riskju li jaqa' il-livell taz-zokkor fid-demm matul il-lejl.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Nutrition Recommendations and Interventions for Diabetes: A position statement of the American Diabetes Association. Diabetes Care 30: S48-65S