Wednesday, July 21, 2010

Il-Gotta

Din il-marda ġieli tiġi rreferuta bħala l-marda tas-sinjuri. Dan għaliex waħda mill-kawżi prinċipali tagħha hi l-konsum eċċessiv ta' laħam aħmar u xorb alkoħoliku.(1) Il-gotta tista' taqbad ukoll lil min huwa affettwat minn ċertu tumuri (bħal-limfoma), mard ġenetiku, jew ineffiċjenza tal-kliewi. (1) Is-sintomu prinċipali tal-gotta hu uġigħ fil-ġogi, prinċipalment tas-suba l-kbir tas-sieq. Dan il-ġog jista' wkoll ikun minfuħ, aħmar, kif ukoll sħun (ara ritratt hawn taħt). (2)






Il-mekkaniżmu bażiku tal-gotta hu li minħabba l-fatturi li semmejt ftit qabel, fid-demm tinġema sustanza jisimha uric acid li tifforma kristalli żgħar. Dawn eventwalment jiddepożitaw ruħhom madwar il-ġisem u jikkawżaw is-sintomi tal-gotta. (3)

Bħala tobba l-għanijiet prinċipali tagħna huma li nserrħu l-uġigħ tal-pazjent permezz ta' antinfjammatorji kif ukoll li jitnaqqas il-livel ta' 'uric acid' fid-demm fejn ġeneralment tintuża mediċina jisimha allopurinol.


Dr A. Cordina

Referenzi

  1. http://www.ajmc.com/supplement/managed-care/2005/2005-11-vol11-n15Suppl/Nov05-2216pS435-S442
  2. http://www.ccjm.org/content/75/Suppl_5/S17.long
  3. http://arthritis-research.com/content/10/5/221