Friday, January 29, 2016
Thursday, December 31, 2015
L-ittestjar taz-zokkor fid-demm
Storikament li tevalwa z-zokkor fid-demm dejjem kienet sfida. Fil-bidu dan kien isir permezz tal-osservazzjoni tas-sintomi ċari ta' zokkor għoli fid-demm. L-ittestjar tal-awrina tejjeb is-sitwazzjoni xi ftit billi ipergliċemija severa setgħet tista' tiġi dokumentata. Aktar avvanzi fil-monitoraġġ taz-zokkor seħħew bl-iżvilupp ta' testijiet tad-demm kapillari u dak tal-vina fis-snin sebgħin u tmenin.
L-ittestjar tad-demm kapillari għaz-zokkor juża magna imsejħa 'glucose meter' biex ikejjel il-glukosju fid-demm u jippermetti lill-pazjent biex ikollu kejl immedjat tal-glukosju fid-demm tiegħu. Qatra ta' demm titqiegħed fl-istrixxi tal-ittestjar. Dawn l-istrixxi huma mimlija b'enzima li jirreaġixxi mal-glukosju fid-demm u din ir-reazzjoni tipproduċi l-aċidu glukoniku u perossidu tal-idroġenu. Din ir-reazzjoni hija mbagħad ikkwantifikata mill-magna biex tagħti qari taz-zokkor fid-demm.
Dan il-metodu huwa inqas preċiż minn testijiet tal-laboratorju, u s-sorsi komuni ta' żball jinkludu nuqqas mill-pazjent li tkun żgurata manutenzjoni korretta u l-indafa tal-mezz, iġjene fqira tal-idejn, il-ħażna f'kundizzjonijiet mhux xierqa tal-istrixxi tal-ittestjar (umdità, eċċessi ta' temperatura), l-użu ta' ċerti mediċini (per eżempju paracetamol), estremi ta' gliċemija, u ematokritu baxx li jagħti riżultati ogħla tal-glukosju.
L-ittestjar ikun affettwat ukoll minn liema sit huwa użat. F'sitwazzjonijiet ta' livelli ta' zokkor li qed jinbidlu malajr is-sit ottimali huwa l-ponta tas-swaba. Siti oħra, bħal koxox u driegħ jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex jitnaqqas l-uġigħ u l-iskonfort. Għandu jiġi nnutat li s-siti alternattivi joffru qari inqas preċiż. Studji kbar reċenti juru li l-monitoraġġ permezz ta' 'glucose meters', bħala parti minn programm ta' monitoraġġ iktar wiesgħa u kura komprensiva, itejjeb il-kontroll taz-zokkor fid-demm. L-evidenza hija aktar konklużiva għal pazjenti li huma kkurati bl-insulina, filwaqt li inqas ċara għal pazjenti b'dijabete tip 2.
Fuq nota finali, pazjenti li jittestjaw lilhom infushom regolarment għandhom jingħataw struzzjonijiet ċari fuq x'azzjoni għandha tittieħed abbażi tar-riżultati, u li dawn jiġu kkomunikati minnufih lill professjonista tas-saħħa bħal tabib.
Sunday, December 13, 2015
Attakk tal-qalb
Attakk tal-qalb hija frażi li tnissel biża f'ħafna nies, u bir-raġun hekk kif dan huwa wieħed mill-qattiela ewlenin fost il-mard. It-terminu jirreferi għal tnaqqis f'daqqa tal-provvista tad-demm għall-muskolu tal-qalb. L-aktar kawża komuni hija imblokk tal-arterji koronarji, iżda jista' wkoll ikun ikkawżat minn xkiel fil-ritmu normali tal-qalb. Meta l-muskolu tal-qalb ikollu l-provvista tad-demm tiegħu mfixkla jibda jmut, bħal kull organu jew tessut ieħor tal-ġisem, u dan iwassal biex is-sintomi jibdew iseħħu.
L-aktar sintomu komuni ta' attakk tal-qalb huwa uġigħ fis-sider. Dan huwa sikwit fin-naħa tax-xellug u huwa tipikament deskritt bħala tagħfis, jiġifieri bħallikieku qed jitpoġġa piż fuq is-sider tal-pazjent. L-uġigħ jista' jinfirex għall-ispalla tax-xellug jew xedaq. L-uġigħ ta' attakk tal-qalb normalment idum aktar minn nofs siegħa u ma jittaffix bil-mediċini ta' kontra l-uġigħ tal-qalb. Jista jkun akkumpanjat minn qtugħ ta' nifs, dardir u għaraq. Huwa importanti li ladarba l-pazjenta tiġi konxja ta' dawn is-sintomi hu jew hi tfittex għajnuna medika minnufih. Dan għaliex attakk tal-qalb, jekk jinvolvi żona biżżejjed kbira tal-qalb, jista' jikkomprometti l-funzjoni tagħha u jirriżulta fil-mewt.
Saturday, December 05, 2015
It-tirojde
Problemi jinħolqu meta din il-glandola tibda taħdem wisq, stat imsejjaħ ipertirojdiżmu, jew ftit wisq, li huwa msejjaħ ipotirojdiżmu. Fl-ipertirojdiżmu il-pazjent jilmenta li jħoss is-sħana anke fit-temp kiesaħ, telf fil-piż, nervożiżmu, rogħda, filwaqt li ipotirojdiżmu huwa kkaratterizzat minn żieda fil-piż, telf ta' xagħar. letarġija, apatija, sensazzjoni ta' kesħa anki fit-temp sħun.
Hemm test tad-demm sempliċi li juri lit-tabib jekk it-tirojde hux qed taħdem b'mod normali li jissejjaħ 'thyroid function test' jew TFT.
Xi kultant l-glandola tat-tirojde tista' tiżviluppa nefħa, ġeneralizzata jew lokalizzata li tidher bħala nefħa fil-quddiem tal-għonq. Test ta' malajr biex jiddetermina jekk in-nefħa fil-għonq hija dovuta għal tirojde mkabbra huwa li jitpoġġa saba fuq in-nefħa u l-pazjent tibla. Jekk in-nefħa tiċċaqlaq wieħed jista b'sigurtà jassumi li l-oriġini huwa l-glandola tat-tirojde. Nefħa tal-glandola tat-tirojde tista' tiġi kkawżata minn ċesti, infjammazzjoni jew kanċer. F'każijiet bħal dawn apparti mit-test tad-demm TFT huwa importanti li ultrasound u forsi bijopsija jitwettqu sabiex tinstab il-kawża tal-nefħa.
Trabi jistgħu jitwieldu bit-tirojde kajman, marda msejħa ipotirojdiżmu konġenitali. Dan jista' jwassal għal ritardazzjoni mentali. Għal din ir-raġuni trabi tat-twelid huma ttestjati u jekk jinstab li jkun hemm tirojde kajman jingħataw trattament biex b'hekk ma jiżviluppawx ritardazzjoni mentali.
Thursday, November 27, 2014
Head injuries
I frequently encounter patients suffering from head injury, mostly involving minor wounds of an accidental nature. The relatives and friends are often anxious, one might say justly since a head injury can have serious consequences.
The link below has some helpful tips on how to recognize the more serious injuries and what to do.
http://www.nlm.nih.gov/medlineplus/ency/article/000028.htm