http://www.theguardian.com/society/2016/feb/21/meningitis-b-vaccine-petition-most-signed-in-history
Monday, February 22, 2016
Wednesday, February 10, 2016
Ksur fl-għadam
Ksur fl-għadam jirriżulta meta l-istruttura normali tal-għadam tiġi mfixkla. Dan it- tfixkil jista' jkun minimu, bi fti kura meħtieġa, għal qawwi bħal meta
l-għadam jiġi maqsum fi frak differenti. Dan tal-aħħar spiss jirrikjedi tiswija kirurġika u
perjodu twil ta' immobilizzazzjoni.
Il-ksur jista' jiġi kklassifikati bħala
trawmatiku jew patoloġiku. Ksur trawmatiku jseħħ wara xi inċident, bħal pereżempju
inċidenti tal-karozzi, waqgħat u vjolenza fiżika. Ksur patoloġiku jseħħ meta
għadam magħmul dgħajjef minn mard, bħal
fl-osteoporożi u l-kanċer,
jinqasam mingħajr ma jkun hemm xi impatt fiżiku. Persuni żgħażagħ
huma aktar suxxettibli għal ksur trawmatiku minħabba stil ta' ħajja aktar attiv u għalhekk huma iktar f'riskju ta' inċidenti
tat-traffiku, korrimenti matul l-isport u ġrieħi magħmula waqt
ġlied.
Bi stil ta' ħajja aktar sedentarju u suxxettibilità
għall-mard kroniku, l-anzjani għandhom tendenza li jsofru aktar minn ksur patoloġiku. Ta' min jinnota li l-ammont
ta' forza meħtieġa biex tikkawża ksur fl-anzjani hija inqas milli fiż-żgħażagħ u dan minħabba li l-għadam
tagħhom huma spiss diġà mdgħajfa minn osteoporożi.
Siti fil-ġisem komunement involuti fi ksur huma l-polz, bħal meta wieħed jaqa' fuq l-idejn miftuħa,
il-kustilji meta dawn ikunu involuti f'kanċer metastatiku, il-ġenbejn speċjalment f'waqgħat
tal-anzjani u l-għekiesi waqt waqgħat jew tfekkik.
Il-kura tal-ksur kif diġà msemmi dejjem tinvolvi perjodi, li jistgħu ikunu twal, ta' immobilizzazzjoni. Dan sikwit jinkiseb permezz ta' tqegħid
tal-parti affettwata fil-ġibs. Xi kultant, meta jkun hemm ksur gravi il-frammenti jkunu jridu jiġu mwaħħla flimkien permezz ta' biċċiet ta'
metall f'operazzjoni taħt loppju ġenerali.
Kif jista' jkun evitat il-ksur? L-ewwel billi jiġu evitati sitwazzjonijiet li jpoġġu wieħed
f'riskju, bħal sewqan bla galbu, billi wieħed jara fejn qed jimxi u jara li
jimxi f'toroq mixgħula sew u mingħajr ħofor. Bl-użu ta' żraben li mhux miftuħa
fuq quddiem, peress li dawn jistgħu jaqbdu ma' xi tarġa jew wiċċ tal-art
imħarbat u jikkawżaw waqgħat. Id-dieta tista' wkoll tgħin. Meta wieħed jiżgura
ammonti xierqa ta' kalċju u vitamina D fl-ikel l-għadam isir aktar b'saħħtu jew għall-inqas jiġi miżmum milli jiddgħajjef eċċessivament hekk kif igerrbu s-snin. L-iżgurar li l-ġisem jieħu ammont
adegwat ta' dawl tax-xemx jgħin li tiġi ġġenerata vitamina D, li tgħin biex
jissaħħaħ l-għadam. Fl-aħħar nett ċerti mediċini, pereżempju antidipressanti u
trankwillanti, huma maħsuba li jippredisponu għal waqgħat. Għalhekk huwa
rakkomandabbli li dawn jintużaw għall-iqsar żmien possibbli, qatt għal aktar fit-tul
milli t-tabib jagħti parir.
Subscribe to:
Posts (Atom)