Friday, April 20, 2007

Gidri r-rih

Dan l-ahhar qed nara ta' spiss kazi ta' gidri r-rih ('chickenpox'). Din hi nfezzjoni kkawzata minn virus bl-isem ta' varicella zoster. Huwa l-iktar komuni f'etajiet zghar, pero gieli jahkem lil dawk naqra mfarfrin. Karatteristika ta' din l-infezzjoni hi li rari terga' taqbad lil dak li jkun.

Min jimrad bil-gidri l-ewwel li jinnota hi ponta li fin-nofs taghha jkollha buzzieqa. Hafna drabi tkun akkompanjata b'hakk. Wara ftit tal-hin (sighat) jitfaccaw aktar minn dawn il-ponot fuq diversi partijiet tal-gisem. Jista' wkoll jitla' d-deni. Dawn il-ponot biz-zmien irabbu l-qoxra li hafna drabi tkun lewn isfar, liema qoxra eventwalment taqa' u l-ponta tfieq.

Tipikament iridu jghaddu gimghatejn sakemm il-ponot ifiequ kollha u tul dan iz-zmien il-pazjent irid joqghod gewwa ghax ikun ghadu infettiv.

Normalment ma jkunx hemm bzonn xi kura specjali ghal din il-marda. Wiehed ghandu jevita li jhokk il-ponot ghax dawn jistghu jinfettaw ruhhom. Ghal dan il-ghan jistghu jghinu xi ngwenti li jtaffu l-hakk bhal 'Calamine Lotion'. Id-deni ghandu jigi kkontrollat bil-medicini tas-soltu. Xi tobba jhobbu jaghtu pilloli tat-tip 'antivirals'.

Punt importanti hu li min ikun marid bil-gidri irid joqghod boghod minn nisa tqal. Dan ghaliex il-virus jista' jghaddi gol-fetu u t-tarbija titwieled immankata. Meta jkun hemm kuntatt ta' dan it-tip jew l-omm tissuspetta li setghet laqqtet il-gidra, ghandu jintalab parir ta' tabib specjalizzat fil-ginekologija u l-ostetrija minnufih.

Il-virus tal-gidri wara li jikkawza l-infezzjoni akuta jmur 'jorqod' gon-nervituri. Minn zmien ghal zmien jista' jqum u jikkawza l-hruq ta' Sant'Antnin.


Dr A. Cordina

2 comments:

Unknown said...

Jekk ikun qabdek il Hruq ta Sant' Antnin u tkun jew tmiss ma persuna li ghandha l-gidri x'jista jigri jekk joghgbok.?

Dr Adrian Cordina MD, MMCFD said...

Il-ħruq ta' Sant'Antnin huwa kkawżat meta l-virus variċella zoster, li huwa l-istess virus li jikkawża l-ġidri r-riħ, iqum 'mill-irqad' fit-tessut nervuż u jiġi attivat . Is-sintomi huma raxx lokalizzat ta' natura vesikulari u uġigħ li spiss ikun intens. Jekk għandek ħruq ta' Sant'Antnin u tiltaqa' ma' xi ħadd bil-ġidri r-riħ allura probabbilment ma jiġri xejn. Jekk min-naħa l-oħra xi ħadd ikollu ħruq ta' Sant'Antnin, allura hu għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntaġjuż lil nies li qatt ma kellhom ġidri r-riħ . F'dan il-każ dawn tal-aħħar jistgħu jiżviluppaw ġidri r-riħ, mhux ħruq ta' Sant'Antnin.