Informazzjoni għall-pazjent
- Il-persuna infettata għandha tiġi iżolata fid-dar. Dan billi toqgħod ġo kamra waħda għal sebat ijiem. Din il-kamra trid tinżamm bil-bieb magħluq u t-twieqi miftuħin. Persuna waħda oħra biss għandha tidħol f'din il-kamra biex iddur bil-marid.
- Il-marid irid jevita li jmur fi kmamar oħra tad-dar speċjalment kmamar li jintużaw minn kulħadd, per eżempju il-kċina.
- Tfal m'għandhomx jitħallew ħdejn il-marid.
- Jekk hu possibli il-marid għandu jkollu kamra tal-banju għalih. Din il-kamra għandha tiġi mnaddfa kuljum b'diżinfettant.
- Il-pazjent għandu jilbes maskla meta joħroġ mill-kamra jew xi ħadd jidħol ħdejh.
- Meta jagħtas għandu jgħatti ħalqu u mnieħru u wara jaħsel idejh bis-sapun jew juża 'alcohol wipes'.
- Għandhom jinxtorbu ħafna fluwidi.
- Id-deni jiġi kkontrollat permezz ta' paracetamol.
- Tfal morda bl-infuwenza H1N1 m'għandhomx jingħataw aspirina.
- Tissues użati jridu jiġu mormija ġo disposable garbage bag ħdejn is-sodda.
- Il-maskli għandhom jintużaw darba biss u wara jintremew ġol-garbage bag. L-idejn iridu jiġu maħsula kull darba li tintmess il-maskla.
Informazzjoni għal min qiegħed idur bil-marid
- Persuna adulta waħda biss (mhux mara tqila) trid tieħu ħsieb il-marid u din trid toqgħod dejjem metru bogħod.
- Tfal żgħar morda għandhom jinżammu fuq l-idejn bil-geddum fuq l-ispalla biex ma jisgħolux f'wicc dak li jkun.
- L-idejn jinħaslu wara kull darba li jintmess il-marid, xi ħwejjeġ tiegħu jew tissues.
- B'mod ġenerali, kull min joqgħod fl-istess dar għandu jahsel idejh spiss.
- L-uċuħ (komodini, sinkijiet, viti, manilji tal-bibien u tat-tojlit) għandhom jitnaddfu regolarment b'disinfettant tad-dar.
- Ġugarelli jinħaslu bl-ilma u s-sapun.
- Ħadd m'għandu juża ħwejjeġ u xugamani tal-marid. Dawn jistgħu jinħaslu mal-ħwejjeġ tal-persuni l-oħra fid-dar b'deterġenti normali u jinħarġu biex jinxfu fix-xemx. Jekk jintuża tumble drier dan irid ikun fuq hot setting.
- Ħadd m'għandu juża pożati (frieket, skieken, tazzi, platti eċċ) li jkunu gew użati mill-marid qabel dawn jinħaslu. Il-ħasil jista' jsir b'mod normali ma' tal-bqija tad-dar.
- Id-dar trid tiġi miftuħa għall-arja kemm jista' jkun.
- Mhux idea tajba li jiġu persuni minn barra d-dar iżuru lill-marid.
- Jekk min qed idur bil-marid iħossu ma jiflaħx għandu jċempel għat-tabib.
Kif tinduna li xi ħadd bl-influwenza għandu bżonn għajnuna medika urġenti.
Tfal
- Problemi bin-nifs.
- Kulur griż jew kaħlani tal-ġilda.
- Nuqqas ta' xorb ta' likwidi.
- Remettar qawwi.
- Telqa qawwija (mhux iqum jew jinteraġixxi mal-oħrajn).
- Irritabilita' (ma jridx min iżommu).
- Sintomi ta' influwenza li jmorru u jiġu lura b'deni u sogħla agħar
- Diffikulta' jew qtugħ ta' nifs.
- Diffikulta biex jitkellem.
- Uġigħ fis-sider jew fiż-żaqq.
- Sturdament
- Stat konfuż.
- Telqa kbira.
- Remettar qawwi u persistenti.
- Sintomi ta' influwenza li jmorru u jiġu lura b'deni u sogħla agħar
- Jiġi evitat kuntatt mill-qrib ma' morda bl-influwenza. Tinżamm distanza ta' metru.
- Jiġu evitati postijiet iffullati.
- Ħasil spiss tal-idejn bl-ilma u s-sapun jew alkoħol.
- Ma jintmessux l-għajnejn, l-imnieħer, u l-ħalq.
Dr A. Cordina
Referenzi
- Infectious Disease Prevention and Control Unit, Msida, Malta