Friday, July 28, 2006

Hsibijiet Sajfin

Qieghdin f'nofs sajf tipiku malti, temperaturi gholjin u umdita qawwija fl-arja. Filwaqt li ghat-turisti li jigu jzuruna dawn il-kundizzjonijiet huma idejali, mhux daqstant ghal min irid jaghmel tlett xhur jghix go fihom. L-iktar esposti ghall-effetti kiefra tas-shana huma t-tfal zghar, l-anzjani u l-morda.

Ir-raggi tax-xemx ghandhom effetti fuq il-gilda tal-bniedem. Dawn narawhom meta din tismar, jew inkella tihmar wara hin twil fix-xemx. Filwaqt li 'suntan' tista' tkun sabiha u attrajenti, wiehed irid izomm f'mohhu li r-raggi tax-xemx jistghu jikkawzaw kancer tal-gilda. Ghalhekk wiehed ghandu jiehu l-prekawzjonijiet necessarji li huma:

· tigi evitata x-xemx bejn il hdax ta' filghodu u t-tlieta ta' wara nofsinhar
· jintlibes kappell
· jintlibes nuccali tax-xemx
· jintlibsu hwejjeg cari u mhux issikkati
· tintuza krema kontra r-raggi tax-xemx ('sunblock')

Is-sajf ipoggina f'temperaturi gholjin li l-gisem taghna jirrispondi ghalihom billi jipproduci l-gharaq. L-gharaq jghin biex it-temperatura tal-gisem tibqa' kostanti. Dan it-telf ta' likwidi irid ipatti ghalih ix-xorb ta' likwidi. L-ahjar li jinxtorob hu ilma frisk (mhux kiesah) f'ammont ta' madwar zewg litri fil-gurnata.

It-temperaturi gholjin tas-sajf ikollhom effett ukoll fuq il-mohh. Bosta nies ikunu irritabbli jew apatici f'dan l-istagun, probabilment minhabba nuqqas ta' rqad, jew irqad hazin. Granet twal u shana inaqqsu mill-irqad. Fil-granet tas-sajf wiehed ghandu jnaqqas l-impenji ta' xoghol, jew jekk dan mhux possibli, jizgura li l-mistrieh tieghu jiehdu.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Esperjenza professjonali

Thursday, June 22, 2006

Gastroenterite

Gastroenterite hi iffjammazzjoni tal-istonku u l-musrana. Din tikkawza sintomi ta' ugiegh fil-bokka tal-istonku jew fiz-zaqq, dardir, remettar, dijarreja kif ukoll deni. F'kazi gravi tista' twassal ghal dizidratazzjoni, jigifieri li l-pazjent jonqsulu l-fluwidi (jinxef).

Hemm diversi kawzi ta' gastroenterite, fosthom viruses, batterji, medicini, u radjazzjoni, pero l-iktar komuni hu li tigi kkawzata minn viruses. Iz-zmien li fih ikun hawn l-iktar minn din il-marda hu x-xhur shan tas-sajf. Hafna nies jirreferu ghaliha bhala 'gastric flu'.

Il-mikrobi (batterji u viruses) li jikkawzaw il-gastroenterite jinxterdu permezz tal-ikel. Dan jista ikun gie mitluq mhux refrigirat, msajjar hazin, jew ikkontaminat minn persuna li jkollha il-mikrobi. Ghalhekk biex wiehed jevita li din il-marda tinxtered ghandu jzomm ikel 'li jmur' (bhal laham, ikel misjur, ikel li fih prodotti tal-halib) gewwa l-frigg jew freezer u johorgu biss biex jieklu. L-igjene hi importanti hafna biex jitrazzan it-tixrid tal-gastroenterite. F'dan ir-rigward il-hasil tal-idejn ghandu rwol krucjali.

Il-kura tal-gastroenterite tinvolvi perjodu ta' dieta fejn jittiekel ikel bhal galletti, toast, ross, u laham fuq il-fwar. Hu importanti hafna li l-fluwidi li jintilfu jigu irkuprati permezz ta' xorb ta' ilma imhallat bil-qratas. Ghandu jigi evitat ikel moqli jew li jkun fih xi prodotti tal-halib (bhal gobon u krema). F'kazi rari meta t-tabib jissuspetta li l-gastroenterite giet ikkawzata minn batterji jintuzaw l-antibijotici.


Dr A. Cordina



Referenzi
  • Esperjenza Professjonali
  • Gorbach SL. Treating diarrhoea. BMJ, Jun 1997; 314: 1776
  • Fei Ho T, Yip WCL, Duggan C, Vashishtha VM. Oral rehydration solution. BMJ, Nov 2001; 323: 1068 ; doi:10.1136/bmj.323.7320.1068
  • Hale A. Foodborne viral infections. BMJ, May 1999; 318: 1433 – 1434

Monday, May 01, 2006

L-Azzma

L-azzma hi marda fejn il-passaggi tal-arja gewwa l-pulmun (il-bronki) jidjiequ, u/jew jinstaddu b’mod mhux permanenti. Dan isir permezz ta’ zewg mekkanizmi. Meta persuna li tkun tbati bl-azzma tigi f’kuntatt ma’ xi haga li tirrita l-passaggi tal-arja, il-muskoli ta’ gewwa l-passaggi tal-arja jingibdu. Jigri wkoll li l-parti ta’ gewwa tal-bronki tiffjamma u tipproduci sustanzi li jingemghu u jsoddu lill-istess bronki.
ma


Dawn it-tibdiliet fil-bronki jikkawzaw is-sintomi karatteristici tal-azzma, jigifieri soghla, qtugh ta’ nifs, sens ta’ dieqa fis-sider, u tisfir man-nifs. F’kazi gravi u estremi tista’ tirrizulta l-mewt .

Attakki tal-azzma jistghu jigu kkawzati minn tniggiz fl-arja (per ez. duhhan ta’ sigaretti u dhahen tal-karozzi), irjihat u infezzjonijiet virali, emozzjonijiet qawwija bhal dahq u inkwiet, ezercizzju (dan jigri meta l-azzma ma tkunx kontrollata, ghax normalment l-ezercizzju hu tajjeb ghal min ibaghti b’din il-marda), ikel (per ez karawett u halib tal-baqar), ormoni, il-hmieg tal-insett maghruf bhala “house dust mite”, medicini bhal certu tip ta’ pilloli tal-ugiegh (“NSAIDS”) u pilloli kontra l-pressjoni (“beta blockers”), il-moffa, annimali bil-pil u r-rix, “pollen”, tipjip, u t-temp (tibdil fit-temperatura, arja kiesha, granet bir-rih, granet shan b’umdita gholja).

Il-kura tal-azzma hija permezz ta' pompi ('inhalers'), pilloli, u 'nebulisers'. F'kazi gravi jintuzaw ukoll injezzjonijiet.Hemm zewg tipi ta' pompi, dawk li jserrhu mis-sintomi tal-azzma ('relievers') u dawk li jipprevenu attakki ('preventers'). Hu importanti li dawn tal-ahhar jittiehdu regolarment, anke meta ma jkunx hemm sintomi. Zball komuni fost pazjenti bl-azzma hu li jiehdu l-'preventer' biss meta jkollhom attakk tal-azzma. Dan hu ghalxejn, ghax waqt attakk il-'preventer' mhux ser joffri solliev. 'Preventers' komuni huma Becotide ®, Becloforte ®, u Pulmicort ®.
L-iktar 'reliever' komuni hu Ventolin ®. Hemm ohrajn bhal Atrovent ®. Dawn il-medicini jahdmu billi jserrhu l-muskoli tal-bronki biex b'hekk il-passaggi tal-arja jinfethu u l-pazjent jistrieh. Meta 'reliever' ma jkollux effett, jew ikollu effett zghir, dan hu sinjal li l-attakk tal-azzma hu wiehed gravi. F'dan il-kaz l-individwu ghandu jzur tabib malajr kemm jista' jkun. Hawnhekk jista' jigi ordnat 'nebuliser', fejn il-medicina tinghata permezz ta' maskla mqabbda mal-ossignu.
Mezz iehor biex tigi kkontrollata l-azzma hu permezz ta' pilloli, li komunement ikunu 'steroids' bhal 'prednisolone'. Dawn il-pilloli jittiehdu f'korsijiet qosra meta l-azzma tkun mhux taht kontroll. L-i'steroids' huma pilloli qawwijin hafna, jahdmu malajr, ghandhom hafna 'side effects', u ghalhekk ghandhom jittiehdu biss fuq parir ta' tabib.


Dr A. Cordina

Referenzi
  • http://www.asthma.org.uk/
  • Shah S, Peat JK, Mazurski EJ, Wang H, Sindhusake D, Bruce C, Henry RL, Gibson RG. Effect of peer led programme for asthma education in adolescents: cluster randomised controlled trial. BMJ, Mar 2001; 322: 583 ; doi:10.1136/bmj.322.7286.583
  • Glasgow NJ, Ponsonby AL, Yates R, Beilby J, Dugdale P. Proactive asthma care in childhood: general practice based randomised controlled trial. BMJ, Sep 2003; 327: 659 ; doi:10.1136/bmj.327.7416.659
  • Currie GP, Devereux GS, Lee DKC, Ayres JG. Recent developments in asthma management. BMJ, Mar 2005; 330: 585 - 589 ; doi:10.1136/bmj.330.7491.585
  • Lahdensuo A. Guided self management of asthma how to do it . BMJ, Sep 1999; 319: 759 – 760
  • Rees J. Asthma control in adults. BMJ, Apr 2006; 332: 767 - 771 ; doi:10.1136/bmj.332.7544.767
  • Rees J. Prevalence. BMJ, Aug 2005; 331: 443 - 445 ; doi:10.1136/bmj.331.7514.443

Thursday, April 13, 2006

L-Allerġiji

Allergija hi meta s-sistema immunitarja tal-gisem tahdem izzejjed wara li tiltaqa ma xi sustanza. Kawzi komuni ta' allergiji huma l-pollen, nickel (spiss jinstab fil-bokkli tac-cinturini), ikel (bhal karawett), u medicini (per ezempju penicillin).

Jistghu jigu affettwati diversi sistemi fil-gisem. Fl-ghajnejn allergija tikkawza hmura, dmugh, u irritazzjoni. Fil-gilda l-allergija narawha bhala hmura, nefha u hakk. L-allergija tista' wkoll tmiss is-sistema respiratorja u ghalhekk jirrizultaw sintomi ta' ugiegh fil-grizmejn, sadd tal-imnieher, produzzjoni ta' katarru u soghla. Meta jkun hemm allergija ghal xi tip ta' ikel din narawha bhala dijarreja, dardir u remettar.

L-allergiji jistghu wkoll jgheddu l-hajja tal-bniedem meta dawn ikunu estremament qawwijin. F'dawn il-kazi nitkellmu fuq xokk anafilattiku u dan huwa karatterizat minn qtugh ta' nifs, nefha matul il-gisem kollu u l-pazjent jintilef min sensieh.

Il-fejqan minn allergija jinvolvi li l-gisem ma jibqax f'kuntatt ma' dik is-sustanza li tkun qed tikkawza s-sintomi. Hemm ukoll diversi medicini li jtaffu s-sintomi tal-allergija. Dawn ivarjaw minn kremi ghal gilda sa pilloli u injezzjonijiet.


Dr A. Cordina


Referenzi

Sunday, March 26, 2006

Rosuvastatin

 Studju recenti, imsejjah ASTEROID, wera certi karatteristici tal-molekula rosuvastatin li ghandhom iqawwu l-qalb lil min ibaghti bl-aterosklerosi. Filfatt hareg li mehuda f'certu dozi din il-medicina tista' twassal biex jiccekken is-sadd tal-arterji ikawwzat mill-aterosklerosi li sa issa jista' jigi 'mfejjaq' biss bil-kirurgija (angioplasty jew bypass). Wiehed irid jghid li dawn ghadhom rizultati inizzjali u ghad baqa' x-xoghol xi jsir qabel ma jigu konfermati.


Dr A. Cordina


Referenzi