Friday, April 20, 2007

Gidri r-rih

Dan l-ahhar qed nara ta' spiss kazi ta' gidri r-rih ('chickenpox'). Din hi nfezzjoni kkawzata minn virus bl-isem ta' varicella zoster. Huwa l-iktar komuni f'etajiet zghar, pero gieli jahkem lil dawk naqra mfarfrin. Karatteristika ta' din l-infezzjoni hi li rari terga' taqbad lil dak li jkun.

Min jimrad bil-gidri l-ewwel li jinnota hi ponta li fin-nofs taghha jkollha buzzieqa. Hafna drabi tkun akkompanjata b'hakk. Wara ftit tal-hin (sighat) jitfaccaw aktar minn dawn il-ponot fuq diversi partijiet tal-gisem. Jista' wkoll jitla' d-deni. Dawn il-ponot biz-zmien irabbu l-qoxra li hafna drabi tkun lewn isfar, liema qoxra eventwalment taqa' u l-ponta tfieq.

Tipikament iridu jghaddu gimghatejn sakemm il-ponot ifiequ kollha u tul dan iz-zmien il-pazjent irid joqghod gewwa ghax ikun ghadu infettiv.

Normalment ma jkunx hemm bzonn xi kura specjali ghal din il-marda. Wiehed ghandu jevita li jhokk il-ponot ghax dawn jistghu jinfettaw ruhhom. Ghal dan il-ghan jistghu jghinu xi ngwenti li jtaffu l-hakk bhal 'Calamine Lotion'. Id-deni ghandu jigi kkontrollat bil-medicini tas-soltu. Xi tobba jhobbu jaghtu pilloli tat-tip 'antivirals'.

Punt importanti hu li min ikun marid bil-gidri irid joqghod boghod minn nisa tqal. Dan ghaliex il-virus jista' jghaddi gol-fetu u t-tarbija titwieled immankata. Meta jkun hemm kuntatt ta' dan it-tip jew l-omm tissuspetta li setghet laqqtet il-gidra, ghandu jintalab parir ta' tabib specjalizzat fil-ginekologija u l-ostetrija minnufih.

Il-virus tal-gidri wara li jikkawza l-infezzjoni akuta jmur 'jorqod' gon-nervituri. Minn zmien ghal zmien jista' jqum u jikkawza l-hruq ta' Sant'Antnin.


Dr A. Cordina

Saturday, March 03, 2007

Il-Meningite

Il-meningite hija marda serja hafna, li fortunatament hi rari. Tigi kkawzata meta l-kisi tal-mohh u s-sinsla tad-dahar jiffjammaw ruhom minhabba infezzjoni b'mikrobi. Il-mikrobi jistghu ikunu batterji, viruses, jew mofof.

Klassikalment min ikollu din il-marda jipprezenta b'ugigh ta' ras qawwi, dardir, remettar, stmerrija tad-dawl, ugigh fid-dahar mal-movimenti specjalment tal-irkoppa u l-ghonq, telqa, ghejja, u raxx fil-gilda. Dan tal-ahhar hu tipiku ghal meningite fis-sens li meta l-parti tal-gilda tinghafas, din ma ticcarax ('non blanching').

Xi kultant pero l-meningite ma tikkawza l-ebda minn dawn. L-ahhar kaz ta' meningite li ltqajt mieghu kien f'bahri li meta mort narah kien qisu fis-sakra. It-testijiet li sarulu wara li bghattu l-isptar wrew li din kienet filfatt meningite, u wara l-kura dan il-bahri gie ghan-normal.

Sitwazzjoni li spiss niltaqa' maghha hi ta' omm inkwetata li binha jew bintha ghandha l-meningite ghax qed tilmenta b'ugigh ta' ras qawwi. Fl-assenza tas-sintomi tipici huwa ferm difficli li ssir dijanjosi ta' meningite. L-allarmizmu ma jaghmel tajjeb lil hadd, specjalment meta wiehed iqis li l-unika test ghal meningite jinvolvi li tiddahhal labra f'dahar il-pazjent.

Il-kura ta' din il-marda ssir go l-isptar minhabba s-serjeta taghha. F'kazi meta l-meningite tkun ikkawzata minn batterji jridu jigu moghtija l-antibijotici lill-familjari tal-pazjent. Partikolarment dawk li kellhom kuntatt mill-qrib. Jezistu wkoll vaccini kontra din il-marda li jinghataw lit-tfal u dawk f'riskju.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Grimwood K. Legacy of bacterial meningitis in infancy, BMJ, Sep 2001; 323: 523 - 524 ; doi:10.1136/bmj.323.7312.5
  • Cohen J. Management of bacterial meningitis in adults. BMJ, May 2003; 326: 996 - 997 ; doi:10.1136/bmj.326.7397.996
  • Meller K, Skinhej P. Guidelines for managing acute bacterial meningitis. BMJ, May 2000; 320: 1290 ; doi:10.1136/bmj.320.7245.1290
  • Wise J. UK introduces new meningitis C vaccine. BMJ, Jul 1999; 319: 278
  • Carter C. Common Presenting Features of Bacterial Meningitis. Am Fam Physician, September 15, 2005

Sunday, November 26, 2006

Iffissazzjoni

Li wiehed jiffissa hi xi haga komuni. Sa certu punt tista' tkun tajba ghax tippermetti li jintlahqu ghanijiet difficli, bhal per ezempju lawrija'. Hemm diversi gradi ta' iffissazzjoni, l-iktar gravi u serji iwasslu ghall-genn u sahansitra rikoverazzjoni go sptar mentali.

Meta wiehed jiffissa, jidhollu go mohhu hsieb li ma jkunx jista jnehhih (fellus). Dan il-hsieb jibqa' jdur gol-mohh. L-individwu jinduna li dan il-hsieb mhux normali u jipprova jnehhih jew billi jobdi jew inkella jirrezistieh. Dawn iz-zewg approcji huma hziena ghaliex fl-ewwel kaz il-hsieb ma jmurx imma jigi rrinfurzat, filwaqt li fit-tieni kaz tinholoq tensjoni kbira fil-pazjent.

It-tipi ta' "flieles" huma hafna u s-sinjali taghhom narawhom kuljum. Hemm min jiffissa fuq xi persuna, li ghandu jdejh mahmugin, li laqqtet xi marda, il-flus, ir-religjon, u dubji bhal jekk sakkritx il-bieb tad-dar.

It-terapija tal-iffissazzjonijiet tiddependi fuq il-kaz. L-ahjar metodu hu fejn il-pazjent jikkonvinci ruhu li ma jobdix il-fellus tieghu minghajr ma jirrezistieh, fi kliem iehor jinjorah. B’hekk ma jkunx hemm rinforzar tal-iffissazzjoni u biz-zmien din tbatti. Pero meta l-kaz ikun gravi u jkun qed johloq problemi serji lil-pazjent (ez. fuq ix-xoghol) ghandhom jigu kkunsidrati meta ohra, bhall-farmacewtici. Dawn generalment ikunu kalmanti u antidepressivi.

Kazijiet estremi ta’ flieles iwasslu biex il-persuna ssir inkapaci li tiffunzjona fis-socjeta, jistghu iwasslu wkoll ghal aggressivita u sahansitra suwicidju. F’dawn il-kazi l-opinjoni ta’ psikjatra tkun essenzjali u gieli jaghti l-kaz li l-pazjent ikollu jigi referut fi sptar mentali.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Eddy MF, Walbroehl GS. Recognition and Treatment of Obsessive-Compulsive Disorder. Am Fam Physician April 1, 1998
  • Obsessive-Compulsive Disorder: What It Is and How to Treat It. Am Fam Physician March 1, 2000
  • Heyman I, Mataix-Cols D, Fineberg NA. Obsessive-compulsive disorder. BMJ, Aug 2006; 333: 424 - 429 ; doi:10.1136/bmj.333.7565.424
  • Merlo LJ, Storch EA. Obsessive-compulsive disorder: Tools for recognizing its many expressions. The Journal Of Family Practice, March 2006 • Vol. 55, No. 3

Saturday, October 07, 2006

Artrite (Osteoarthritis)

L-iktar forma komuni ta' artrite hi "ostoearthritis". Din il-marda hi kkawzata minn telf ta' "cartilage" fl-artikulazzjonijiet ta' bejn l-ghadam (per ezempju l-irkoppa) biex tirrizulta fl-ghadam ihokk mal-ghadam. Insibuha b'iktar frekwenza f'etajiet avvanzati.

L-artrite tista' ma tikkawza l-ebda sintomu, u tigi misjuba meta jittiehed X-ray ghal xi raguni ohra. Meta l-artrite tikkawza sintomi dawn ikunu jikkonsistu principalment f'ugiegh u ebusija specjalment lejn l-ahhar tal-gurnata. It-temp kiesah u umdu igieghel is-sintomi jinhassu iktar. L-artrite taffetwa l-iktar l-irkoppa, il-genb, l-idejn u d-dahar.

M'hemmx ghalfejn isiru hafna testijiet ghal din il-marda, semplici X-ray tal-parti nvoluta jkun bizzejjed biex juri telf ta' spazju fl-artikulazzjoni (ara stampa hawn taht), u xi kultant anke depositi ta' ghadam zejjed ("osteophytes").






Il-kura tal-artrite tinvolvi medicini biex jittaffa l-ugiegh li minnhom hawn bosta, fisjoterapija ghal kontra l-ebusija, u f'kazi gravi l-kirurgija. Din tal-ahhar tinvolvi li l-artikulazzjoni affetwata tigi mibdula b'wahda artificjali maghmula mill-metall u l-plastik. Dawn tal-ahhar ghandhom 'hajja' ta' madwar ghaxar snin u mbaghad iridu jinbidlu, ghalhekk l-iktar li jibbenefikaw minnhom huma anzjani li l-artrite tkun qed ittelfilhom ic-caqlieq taghhom.

Ahjar mill-kura hemm il-prevenzjoni. Ghalhekk biex wiehed jevita l-artrite jaghmel tajjeb izomm ruhu sostnut sew, joqghod attent ghal piz, jaghmel ezercizzju moderat regolari u jista' wkoll jiehu pilloli tal-glucosamine li skond certi ricerkaturi tghin biex il-"cartilage" jinzamm b'sahhtu.


Dr A. Cordina


Referenzi

  • Manek NJ, Lane NE. Osteoarthritis: Current Concepts in Diagnosis and Management. Am Fam Physician 2000;61:1795-804.
  • Hinto R, Moody RL, Thomas ST. Osteoarthritis: Diagnosis and Therapeutic Considerations. Am Fam Physician 2002;65:841-8.
  • Swagerty DL, Hellinger D. Radiographic Assessment of Osteoarthritis. Am Fam Physician 2001;64:279-86.
  • Sadovsky R. Physical Therapy and Exercise for Osteoarthritis of the Knee. Am Fam Physician June 15, 2000
  • Walker-Bone K, Javaid K, Arden N, Cooper C. Regular review: Medical management of osteoarthritis. BMJ, Oct 2000; 321: 936 - 940 ; doi:10.1136/bmj.321.7266.936
  • Lin J, Zhang W, Jones A, Doherty M. Efficacy of topical non-steroidal anti-inflammatory drugs in the treatment of osteoarthritis: meta-analysis of randomised controlled trials. BMJ, Aug 2004; 329: 324 ; doi:10.1136/bmj.38159.639028.7C

Sunday, September 10, 2006

Ugiegh fil-grizmejn

L-ugiegh fil-grizmejn hu lment komuni. Jinstab fil-kbar kif ukoll fiz-zghar. Niltaqa' mieghu tul is-sena kollha, pero' l-iktar frekwenti jkun fix-xhur tax-xitwa. Il-kelma wgiegh tigbor fiha kemxa ta' lmenti bhal hruq, tingiz, 'tixlil', u wgiegh qawwi. Dawn is-sintomi jinhassu l-aktar meta l-pazjent jibla, liema att jista' jkun difficli hafna minhabba l-ugiegh.Kwazi dejjem insib hmura fil-grizmejn, li maghha gieli jkun hemm infjammazjoni tat-tunsilli.

Il-kagun tal-ugiegh fil-grizmejn jista' jkun allergija, infezzjoni, jew inkella acidu mill-istonku li jkun tela' sal-grizmejn. F'dan tal-ahhar ikun hemm sintomi ohrajn bhal ugiegh fiz-zaqq, sens ta' ikkuppar u dardir.

Il-kura ta' din il-problema tiddependi mill-kawza. Rarament ikun hemm bzonn tal-antibijotici li huma tant favoriti mal-pazjenti. Gieli jigri li t-tabib jispicca jordna l-antibijotici wara pressjoni mill-istess pazjent li jkun konvint li dawn biss ser ifejquh. Fil-verita hafna kazi fejn ma jkun hemm l-ebda kumplikazzjoni jistghu jitfejqu b'antihistamines u pilloli kontra l-ugiegh. L-antibijotici ghandhom uzu f'dawk il-kazi fejn l-antihistamine ma jahdimx, jew fejn il-pazjent hu maghdur hafna b'telqa, deni gholi, u soghla. Jistghu wkoll jintuzaw meta jkun hemm tunsilli minfuhin bil-materja.

Bhal f'kollox il-prevenzjoni hi ahjar mill-kura. Biex wiehed 'jilqaghlu' ghandu jevita tibdiliet kbar fit-temperatura ta' gismu, jitkebbeb sew fix-xhur keshin tax-xitwa u malli jhoss grizmejh ituh fastidju ikellem lit-tabib tieghu.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Scott J, Orzano AJ. Evaluation and Treatment of the Patient with Acute Undifferentiated Respiratory Tract Infection. The Journal Of Family Practice, December 2001 • Vol. 50, No. 12
  • Aroll B, Kenealy T. Do Delayed Prescriptions Reduce the Use of Antibiotics for the Common Cold? The Journal Of Family Practice, April 2002 • Vol. 51, No. 4
  • Dyke II PC, Stevermer JJ. Can a clinical rule accurately predict whether a patient has strep throat? The Journal Of Family Practice, January 2001 • Vol. 50, No. 1