Friday, November 02, 2007

Id-Dijabete

Illum ser nitkellem fuq suggett kemmxejn vast, jigifieri d-dijabete. Mhux facli taghzel minn fejn tibda, pero nahseb li punt tajjeb hu li nispjega fil-qosor x'jikkawza d-dijabete. Pero qabel naghmel dan irrid nghid li ghalina t-tobba d-dijabete mhijiex marda izda kundizzjoni, jigifieri li ghalkemm ma titfejjaqx tista' tigi kkontrollata.

Fil-gisem ghandna kimika li tissejjah insulina li xoghlha hu li zzomm iz-zokkor fid-demm milli joghla. Id-dijabete tirrizulta meta l-gisem jew ma jipproducix bizzejjed minnha jew inkella ma jibqax jirrirspondi ghaliha allavolja jkun hemm bizzejjed insulina.

Hafna jistaqsu kif jindunaw li jkollhom din il-kundizzjoni. Spiss ma tikkawza l-ebda sintomu. Filfatt l-iktar mod komuni ta' kif insib id-dijabete fil-pazjenti tieghi hu waqt 'check up' tad-demm. Skond l-Organizzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) id-dijanjosi tad-dijabete tista' tigi maghmula wara li jkun gie ttestjat id-demm ta' pazjent sajjem. Ghalhekk dan ghandu jsir regolarment specjalment f'etajiet avvanzati.

Biss meta tikkawza xi sintomi dawn ikunu xi wiehed jew bosta minn dawn: ghatx, urinazzjoni eccessiva, telf ta' piz, telqa', u hakk.

Drawwa popolari fost certu nies hi li 'jaharqu' l-urina biex jaraw ghandhomx dijabete. Filwaqt li zokkor fil-pipi vera jista' jindika dijabete, wiehed ghandu jkun jaf li d-dijabete trid tkun lahqet ghamlet certu hsara fil-kliewi qabel ma jitfacca z-zokkor fl-urina.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • White B. Making Diabetes Checkups More Fruitful. Am Fam Physician,September 2000
  • Mayfield J. Diagnosis and Classification of Diabetes Mellitus: New Criteria. Am Fam Physician, October 15, 1998
  • Lawrence JM, Bennett P, Young A, Robinson AM. Screening for diabetes in general practice: cross sectional population study. BMJ, Sep 2001; 323: 548 - 551 ; doi:10.1136/bmj.323.7312.548
  • Mandrup-Poulsen T. Recent advances: Diabetes. BMJ, Apr 1998; 316: 1221 – 1225
  • Griffin S, Greenhalgh T. Diabetes care in general practice: meta-analysis of randomised control trials. BMJ, Aug 1998; 317: 390 – 396
  • Fowler MJ. Diabetes: Magnitude and Mechanisms. Clin. Diabetes 2007 25: 25-28.

Sunday, September 09, 2007

Ugigh fid-dahar

L-iktar kawza komuni hi strapazz li jigri meta wiehed jerfa' xi oggetti tqal b'mod hazin (il-pozizzjoni tajba biex terfa' tista ssibha hawn), jahdem ghal hin twil minghajr ma jistrieh, jew jaghmel xoghol li mhux imdorri jaghmel. B'xoghol qed nifhem dak manwali, jew li jinvolvi element qawwi ta' sforz fiziku. L-iktar nies li huma suxxettibli ghal strapazz huma dawk ta' eta' relattivament zghira li ghadhom qed jahdmu.

Raguni ohra ghalfejn ikollna ugigh f'daharna hi 'slipped disc'. Ix-xewka tad-dahar hi maghmula minn irkiekel tal-ghadam wiehed fuq l-iehor. Bejn dawn l-irkiekel hemm qisu mhadda li tghin il-moviment tax-xewka. Din l-imhadda hi maghmula minn curkett iebes fuq barra li fic-centru tieghu ghandu qisu gel. Il-kundizzjoni ta' slipped disc tirrizulta meta c-curkett jiddghajjef u jibbozza 'l barra. Gieli jinqasam u l-gel johrog barra. Fiz-zewg kazi jkun hemm pressjoni fuq is-sinsla tad-dahar li ggib maghha ugigh fid-dahar. L-ugigh jista' wkoll jinzel fis-sieq. F'kazi iktar gravi jkun hemm tnemnim fis-saqajn u jista' jaghti l-kaz li jigi affettwat il-mixi.Il-kawzi ta' slipped disc huma principalment l-irfigh u l-istrapazz. L-iktar f'riskju huma dawk li jaghmlu xoghol manwali goff bhal nghidu ahna bennejja. Il-kura tinvolvi mistrieh, edukazzjoni tal-pazjent, pilloli, u operazzjonijiet. Il-pazjent tajjeb li jkun jaf il-mod korrett tal-irfigh, jigifieri billi juza s-saqajn u mhux id-dahar biex jerfa'.

Iktar ma l-bniedem jikber, jibdew jidhlu kawzi ohrajn ta' ugigh fid-dahar. Ghalhekk fl-anzjani nsibu li l-ugigh jista' ikun ikkawzat minn artrite bejn l-irkiekel. Din komunement tikkawza ugigh li jigi u jmur, jista' jkun aghar fl-ahhar tal-gurnata u fil-granet keshin tax-xitwa.

L-ostejoporosi hija kundizzjoni ohra assocjata mal-anzjanita, fejn l-ghadam jibda jirqaq u jitlef is-sahha tieghu. Meta din tmiss l-irkiekel tad-dahar dawn jistghu jinkisru (litteralment icedu) u jsehh l-ugigh. Fl-istampa tax-xellug naraw rukkell ta' ragel b'sahhtu ta' 37 sena, filwaqt li f'dik tal-lemin naraw rukell ta' mara ta' 75 sena.


Kawzi inqas komuni ta' ugigh fid-dahar huma skoljozi, infezzjonijiet, u tumuri. Wiehed ghandu dejjem ikellem tabib meta jhoss ugigh f'daharu u m'ghandux jissaporti ('forsi jghaddili'), ghaliex hafna drabi xi ftit pariri, jumejn mistrieh u pilloli kontra l-ugigh ikunu bizzejjed biex dan jittaffa.


Dr A. Cordina


Referenzi

  • Patel AT, Ogle AA. Diagnosis and Management of Acute Low Back Pain. Am Fam Physician, March 15, 2000
  • Crof t PR, Macfarlane GJ, Papageorgiou AC, Thomas E, Silman AJ. Outcome of low back pain in general practice: a prospective study. BMJ, May 1998; 316: 1356 – 1359
  • Koes BW, van Tulder MW, Thomas S. Diagnosis and treatment of low back pain. BMJ, Jun 2006; 332: 1430 - 1434 ; doi:10.1136/bmj.332.7555.1430
  • Pengel LHM, Herbert RD, Maher CG, Refshauge KM. Acute low back pain: systematic review of its prognosis. BMJ, Aug 2003; 327: 323 ; doi:10.1136/bmj.327.7410.323
  • Speed C. Low back pain. BMJ, May 2004; 328: 1119 - 1121 ; doi:10.1136/bmj.328.7448.1119
  • Little P, Smith L, Cantrell T, Chapman J, Lagridge J, Pickering R. General practitioners' management of acute back pain: a survey of reported practice compared with clinical guidelines. BMJ, Feb 1996; 312: 485 - 488
  • Samanta A, Beardsley J. Evidence based case report: Low back pain: which is the best way forward? BMJ, Apr 1999; 318: 1122 – 1123
  • Ellis RM. Editorials: Back pain. BMJ, May 1995; 310: 1220
  • http://www.clevelandclinic.org/health/health-info/docs/0300/0359.asp?index=4485

Monday, June 25, 2007

Infezzjonijiet tal-widna

Fil-granet tas-sajf nibda niltaqa' b'iktar frekwenza ma' infezzjonijiet fil-widnejn. Dawn generalment jigu kkawzati meta l-widna tixxarrab b'ilma tal-bahar, tal-pools jew ilma tal-hasil. Hemm ukoll min ihobb idahhal xi cotton bud li facilment tikkawza barxa gol-widna li mbaghad tinfetta. Il-klima shuna ta' dawn il-granet kif ukoll l-gharaq ikomplu jzidu r-riskju ta' infezzjoni.

F'din il-marda jkun hemm infjammazzjoni tal-kanal ta' barra tal-widna (otitis externa). Meta l-infjammazzjoni tinvolvi t-tanbur din tissejjah otitis media. Il-pazjent l-iktar li jilminta b'ugiegh f'din tal-ahhar u jista' wkoll ikun hemm id-deni. Is-smiegh jista' jonqos, kif ukoll jista' jkun hemm xi tisfija mill-widna.

Fejn is-sintomi jkunu hfief u t-tanbur tal-widna jkun b'sahhtu inhobb naghti kors ta' qtar ghal widnejn. Meta jkun hemm ugiegh qawwi, deni, jew involviment tat-tanbur insib li l-ahjar ghazla tkun dik ta' antibijotici. F'kull kaz ta' otitis nghid lil pazjent ma jxarrabx il-widna ghal tal-anqas gimgha.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Sander R. Otitis Externa: A Practical Guide to Treatment and Prevention. Am Fam Physician, March 1, 2001
  • Osguthorpe JD, Nielsen DR. Otitis Externa: Review and Clinical Update. Am Fam Physician, November 1, 2006
  • Pichichero ME. Acute Otitis Media: Part I. Improving Diagnostic Accuracy. Am Fam Physician,April 1, 2000
  • Pichichero ME. Acute Otitis Media: Part II. Treatment in an Era of Increasing Antibiotic Resistance. Am Fam Physician, April 15, 2000

Friday, April 20, 2007

Gidri r-rih

Dan l-ahhar qed nara ta' spiss kazi ta' gidri r-rih ('chickenpox'). Din hi nfezzjoni kkawzata minn virus bl-isem ta' varicella zoster. Huwa l-iktar komuni f'etajiet zghar, pero gieli jahkem lil dawk naqra mfarfrin. Karatteristika ta' din l-infezzjoni hi li rari terga' taqbad lil dak li jkun.

Min jimrad bil-gidri l-ewwel li jinnota hi ponta li fin-nofs taghha jkollha buzzieqa. Hafna drabi tkun akkompanjata b'hakk. Wara ftit tal-hin (sighat) jitfaccaw aktar minn dawn il-ponot fuq diversi partijiet tal-gisem. Jista' wkoll jitla' d-deni. Dawn il-ponot biz-zmien irabbu l-qoxra li hafna drabi tkun lewn isfar, liema qoxra eventwalment taqa' u l-ponta tfieq.

Tipikament iridu jghaddu gimghatejn sakemm il-ponot ifiequ kollha u tul dan iz-zmien il-pazjent irid joqghod gewwa ghax ikun ghadu infettiv.

Normalment ma jkunx hemm bzonn xi kura specjali ghal din il-marda. Wiehed ghandu jevita li jhokk il-ponot ghax dawn jistghu jinfettaw ruhhom. Ghal dan il-ghan jistghu jghinu xi ngwenti li jtaffu l-hakk bhal 'Calamine Lotion'. Id-deni ghandu jigi kkontrollat bil-medicini tas-soltu. Xi tobba jhobbu jaghtu pilloli tat-tip 'antivirals'.

Punt importanti hu li min ikun marid bil-gidri irid joqghod boghod minn nisa tqal. Dan ghaliex il-virus jista' jghaddi gol-fetu u t-tarbija titwieled immankata. Meta jkun hemm kuntatt ta' dan it-tip jew l-omm tissuspetta li setghet laqqtet il-gidra, ghandu jintalab parir ta' tabib specjalizzat fil-ginekologija u l-ostetrija minnufih.

Il-virus tal-gidri wara li jikkawza l-infezzjoni akuta jmur 'jorqod' gon-nervituri. Minn zmien ghal zmien jista' jqum u jikkawza l-hruq ta' Sant'Antnin.


Dr A. Cordina

Saturday, March 03, 2007

Il-Meningite

Il-meningite hija marda serja hafna, li fortunatament hi rari. Tigi kkawzata meta l-kisi tal-mohh u s-sinsla tad-dahar jiffjammaw ruhom minhabba infezzjoni b'mikrobi. Il-mikrobi jistghu ikunu batterji, viruses, jew mofof.

Klassikalment min ikollu din il-marda jipprezenta b'ugigh ta' ras qawwi, dardir, remettar, stmerrija tad-dawl, ugigh fid-dahar mal-movimenti specjalment tal-irkoppa u l-ghonq, telqa, ghejja, u raxx fil-gilda. Dan tal-ahhar hu tipiku ghal meningite fis-sens li meta l-parti tal-gilda tinghafas, din ma ticcarax ('non blanching').

Xi kultant pero l-meningite ma tikkawza l-ebda minn dawn. L-ahhar kaz ta' meningite li ltqajt mieghu kien f'bahri li meta mort narah kien qisu fis-sakra. It-testijiet li sarulu wara li bghattu l-isptar wrew li din kienet filfatt meningite, u wara l-kura dan il-bahri gie ghan-normal.

Sitwazzjoni li spiss niltaqa' maghha hi ta' omm inkwetata li binha jew bintha ghandha l-meningite ghax qed tilmenta b'ugigh ta' ras qawwi. Fl-assenza tas-sintomi tipici huwa ferm difficli li ssir dijanjosi ta' meningite. L-allarmizmu ma jaghmel tajjeb lil hadd, specjalment meta wiehed iqis li l-unika test ghal meningite jinvolvi li tiddahhal labra f'dahar il-pazjent.

Il-kura ta' din il-marda ssir go l-isptar minhabba s-serjeta taghha. F'kazi meta l-meningite tkun ikkawzata minn batterji jridu jigu moghtija l-antibijotici lill-familjari tal-pazjent. Partikolarment dawk li kellhom kuntatt mill-qrib. Jezistu wkoll vaccini kontra din il-marda li jinghataw lit-tfal u dawk f'riskju.


Dr A. Cordina


Referenzi
  • Grimwood K. Legacy of bacterial meningitis in infancy, BMJ, Sep 2001; 323: 523 - 524 ; doi:10.1136/bmj.323.7312.5
  • Cohen J. Management of bacterial meningitis in adults. BMJ, May 2003; 326: 996 - 997 ; doi:10.1136/bmj.326.7397.996
  • Meller K, Skinhej P. Guidelines for managing acute bacterial meningitis. BMJ, May 2000; 320: 1290 ; doi:10.1136/bmj.320.7245.1290
  • Wise J. UK introduces new meningitis C vaccine. BMJ, Jul 1999; 319: 278
  • Carter C. Common Presenting Features of Bacterial Meningitis. Am Fam Physician, September 15, 2005