Puplesija, jew
‘stroke’ bl-ingliż, huwa meta jkun hemm funzjonament ħażin ta’ parti
mis-sistema newroloġika tal-bniedem minħabba nuqqas ta’ demm fil-moħħ. Biex
problema tikkwalifika bħala puplesija trid iddum aktar minn 24 siegħa. Meta l-problema
ddum inqas minn 24 siegħa din insejħulha riħ ta’ puplesija, jew ‘transient
ischaemic attack – TIA’. Is-sintomi ta’ puplesija jistgħu jittaffew jekk tingħata kura u terapija fil-waqt u għal
tul ta’ żmien.
Is-sistema li tissupplixxi demm lill-moħħ hija waħda kkumplikata u tinvolvi sebgħa arterji prinċipali u diversi arterji sekondarji. Puplesija tiġri meta waħda minn dawn l-arterji jew timblokka ruħha jew inkella tinqasam. L-imblukkaġġ jista’ jkun ikkawżat minn waħda jew diversi minn pressjoni għolja, ritmu irregolari tal-qalb, tipjip, dijabete, fatturi ġenetiċi, jew nuqqas ta’ nifs waqt l-irqad magħruf bħala ‘obstructive sleep apnoea’. Qsim tal-arterji tal-moħħ jista’ jiġri minħabba pressjoni għolja, difetti fl-istruttura tal-arterji, tumuri, nuqqas fl-abbilta tad-demm li jagħqad, ċerti mediċini li jraqqu d-demm, kif ukoll fatturi ġenetiċi.
Puplesija hija emerġenza medika u kura fil-waqt hija essenzjali. |
Is-sistema li tissupplixxi demm lill-moħħ hija waħda kkumplikata u tinvolvi sebgħa arterji prinċipali u diversi arterji sekondarji. Puplesija tiġri meta waħda minn dawn l-arterji jew timblokka ruħha jew inkella tinqasam. L-imblukkaġġ jista’ jkun ikkawżat minn waħda jew diversi minn pressjoni għolja, ritmu irregolari tal-qalb, tipjip, dijabete, fatturi ġenetiċi, jew nuqqas ta’ nifs waqt l-irqad magħruf bħala ‘obstructive sleep apnoea’. Qsim tal-arterji tal-moħħ jista’ jiġri minħabba pressjoni għolja, difetti fl-istruttura tal-arterji, tumuri, nuqqas fl-abbilta tad-demm li jagħqad, ċerti mediċini li jraqqu d-demm, kif ukoll fatturi ġenetiċi.
Is-sintomi u
sinjali ta’ puplesija mhux f’kull pazjent l-istess peress li il-fattur
prinċipali li jiddetermina x’iħoss l-individwu hu fejn fil-moħħ issir il-ħsara.
B’hekk puplesija li taffettwa il-parti ta’ barra tal-moħħ tikkawża problemi
differenti minn puplesija tal-partijiet ta’ ġewwa tal-moħħ. Fattur ieħor hu
il-kobor tal-parti nvoluta minn puplesija – iktar ma tkun estiża il-puplesija
iktar tkun serja il-kundizzjoni tal-pazjent.
Persuna li għadu kemm sofra puplesija. |
B’hekk puplesija tista’ tippreżenta ruħha b’waħda jew bosta minn dawn li ġejjin: uġigħ ta' ras qawwi, telqa żejda, tibdil fil-personalità, nuqqas ta’ saħħa fl-idejn u s-saqajn, tnemnim u nuqqas ta’ ħass fl-idejn u s-saqajn, nuqqas fil-viżta tal-għajnejn, nuqqas fl-abbilta’ li wieħed jesprimi ruħu, sturdament, u f’każi gravi jista’ jirriżulta ‘locked in syndrome’ – jiġifieri l-individwu jitlef il-kontroll fuq ġismu.
Ħlief ċerti
mediċini jew kirurġija għal każi speċifiċi ma tantx hemm x’wieħed jista’ jagħmel
biex jikkura puplesija – il-ġisem irid ifejjaq lilu innifsu. Dan jiġi mgħejjun
permezz ta’ perjodu ta’ riabilitazzjoni u fisjoterapija. Għalhekk
il-prevenzjoni hija ta’ importanza kbira u din issir permezz ta’ dieta
bilanċjata, eżerċizzju regolari u kontroll ta’ fatturi li jistgħu jikkawżaw
puplesija.
Pazjent li sofra puplesija waqt il-perjodu ta' riabilitazzjoni. |
Dr A. Cordina
No comments:
Post a Comment