Thursday, March 16, 2006

L-Ansjeta'

L-ansjeta' hi esperjenza li ftit jew wisq jghaddi minnha kulhadd f'xi hin jew iehor. Din tkun karatterizzata minn sensazzjoni ta' telf ta' kontroll bis-sintomi jkunu jinkludu halq xott, idejn gharqana, tferfir tal-qalb, ugiegh fis-sider, qtugh ta' nifs, dijarreja, dardir u nuqqas ta' rqad.


Il-kawza tal-ansjeta' tista' tkun mard, problemi sentimentali, flus, inkwiet fuq ix-xoghol, u tensjoni tal-ezamijiet fost l-ohrajn.

Hu mportanti li waqt zminijiet ta' ansjeta' kbira wiehed ifittex l- ghajnuna u jevita ghagir distruttiv bhall-abbuz mill-alkohol u d-droga. Hsibijiet posittivi u tehid ta' azzjoni jghinu biex titnaqqas l-ansjeta'.

Il-medicina toffri ghajnuna fil-forma ta' diversi kwalitajiet ta' pilloli (kalmanti). Dawn bosta drabi joffru mistrieh rapidu mis-sintomi tal-ansjeta'. Pero wiehed irid izomm f'mohhu xi affarijiet. L-ewwel hu li l-kalmanti ma jnehhux il-kawza tal-ansjeta', izda jghattu s-sintomi. Jigifieri ahjar wiehed inehhi (jekk possibli) il-kawza tal-ansjeta'.

Haga ohra mportanti hi li l-kalmanti ghandhom jittiehdu biss fuq parir ta' tabib. Gieli ninzerta pazjenti jghiduli li waqt mumenti ta' nkwiet hadu l-kalmant ta' xi qarib, ghax dan jew din kien "mar tajjeb bihom". Dan hu hazin hafna ghax bhal kull medicina, l-kalmanti ma jistghux jittiehdu minn kulhadd fl-istess doza, u hawnhekk jidhol it-tabib biex jaghti parir fuq xi kwalitajiet u x'dozi ta' kalmanti jinghataw.


Dr A. Cordina


Referenzi

  • Pollock MH, Otto MW, Sabatino S, Majcher D, Worthington JJ, McArdle ET, Rosenbaum JF. Relationship of childhood anxiety to adult panic disorder: correlates and influence on course. Am J Psychiatry, Mar 1996; 153: 376 - 381.
  • Rickel K, Zaninelli R, McCafferty J, Bellew K, Iyengar M, Sheehan D. Paroxetine Treatment of Generalized Anxiety Disorder: A Double-Blind, Placebo-Controlled Study. Am J Psychiatry, Apr 2003; 160: 749 - 756.
  • Mendlowicz MV, Stein MB. Quality of Life in Individuals With Anxiety Disorders. Am J Psychiatry, May 2000; 157: 669 - 682.
  • Kirmayer LJ, Robbins JM, Dworkind M, Yaffe MJ. Somatization and the recognition of depression and anxiety in primary care. Am J Psychiatry, May 1993; 150: 734 - 741.

1 comment:

Anonymous said...

I like it! Good job. Go on.
»