Jezistu diversi mardiet li jigu trasmessi permezz ta' kuntatt sesswali. Dawn huma kawzati minn hlejjaq mikroskopici bhal viruses u batterji.
L-Istati Uniti ghandhom l-ghola rata ta' dan it-tip ta' mard b'madwar 15.3 miljun kazi godda rrapurtati kull sena. L-infezzjoni ssehh permezz ta' kuntatt sesswali ma' persuna nfettata, jigifieri permezz ta' sess vaginali, anali, jew orali.
Fost l-iktar sintomi komuni nsibu tisfija mill-partijiet intimi, ugigh ma' l-urina u ugigh waqt l-att sesswali. Hemm ukoll sintomi ohra bhal suffejra u "ponot" jew felul fuq l-organi genitali. Dawn barra sintomi mhux specifici bhal deni, telqa, dardir, nuqqas ta' aptit, nuqqas fil-piz u nefhiet fil-glandoli.
Il-lista ta' STD hija twila u tinkludi bacterial vaginosis, chlamydia, genital herpes, gonorrhoea, hepatitis B & C, HIV/AIDS, Human Papilloma Virus, pubic lice, syphilis u trichomoniasis. Dan il-mard xi drabi hu kurabbli b' medicini bhal fil-kaz ta' syphilis, u xi drabi ohrajn sfortunatament ma tezistix kura, bhal fil-kaz tal-HIV/AIDS.
Il-kumplikazzjonijiet li jgib mieghu dan il-mard huma varji u jinkludu kancer, infertilita', korriment fit-tqala, u sahansitra l-mewt. Ghalhekk jghodd dak li jghidu l-inglizi, "prevention is better than cure". Hemm diversi modi ta' kif wiehed jista' jevita li jittiehed, u dawn huma l-astinenza mis-sess, fedelta lejn is-sieheb jew siehba, u l-uzu ta' condoms.
Imgieba responsabbli fil-hajja sesswali tizgura hajja hielsa minn dan it-tip ta' mard.
Dr A. Cordina
Referenzi
No comments:
Post a Comment