Incident mhux komuni li pero' jikkawza hafna nkwiet huwa t-tingiz bil-labar. Hawnhekk qed nirreferi ghal labar ta' siringi. Dawn l-incidenti jigru minhabba l-irresponsabbilta' ta' dawk li jabbuzaw mid-droga u jarmu siringi wzati bl-addocc f'postijiet frekwentati mill-popolazzjoni in generali bhal bajjiet, parks u gonna.
Xenarju iehor, li fortunatament hu rari hu meta xi hadd intenzjonalment iniggez xi hadd iehor b'labra. Dan hu att irresponsabbli hafna anke meta jsir b'labra nadifa ghax igib hafna nkwiet fil-vittma. Jekk dan l-att viljakk isir b'labra mcappsa b'demm jista' jitqies bhala att kriminali.
Ikun xi jkun ix-xenarju il-vittma ta' tingiza b'labra ma tridx tippanikja. Hafna mill-ewwel jibdew jinkwetaw li laqqtu xi marda. Il-mard li jista jittiehed b'dan il-mod hu mard infettiv jigifieri infezzjonijiet tal-gilda, tetnu, HIV, jew epatite. Ic-cans li wiehed ilaqqat l-HIV b'dan il-mod hu 1 fi 300, l-epatite C 1 fi 30, u l-epatite B 1 fi 3, dejjem jekk il-labra tkun imcappsa bid-demm infettat. Fir-rigward ta' tetnu r-riskju huwa minimu jekk il-persuna tkun tlaqqmet kontra din il-marda. Hasil fil-pront tal-gerha ghandu jevita infezzjonijiet tal-gilda.
Ghalhekk hu mportanti hafna li fl-eventwalita' ta' incident bhal dan il-vittma jikkonsulta mill-ewwel tabib. Ta' mportanza wkoll hu li wiehed jiehu hsieb izomm ruhu aggornat ghal dak li ghandu x'jaqsam ma tilqim u jara li ma jitlifx l-appuntamenti tat-tilqim.
Dr A. Cordina
No comments:
Post a Comment