Din it-pittura turi sew l-istat ta’ ansjeta u paniku li fih kienu hafna sa ftit zmien ilu meta jissemma s-suggett tal-pandemija. Nahseb li biex wiehed jikkalma dan ghandu jiccara f’mohhu xi jfissru t-termini li ssemmew tul dawn l-ahhar xhur.
L-influwenza hi marda li tigi kull sena u tolqot hafna nies. Hi kkawzata minn virus li jixxerred bin-nifs. Kontrieha hawn vaccin li jinghata bejn Ottubru u Dicembru. Hawn ukoll medicini jisimhom antivirals (eg Relenza u Tamiflu) li huma effettivi jekk wiehed jimrad. L-influwenza tikkawza sintomi ta' rih, pero' jkun hemm ukoll id-deni gholi kif ukoll telqa kbira. Din il-marda rari toqtol, hlief fl-anzjani, il-morda serji, u t-tfal zghar fejn ikun hemm mortalita kemmxejn oghla mill-popolazzjoni in generali. L-istagun tal-influwenza hu minn Dicembru sa Marzu.
L-influwenza tat-tjur minn naha l-ohra hi marda tal-ghasafar li difficli tinxtered ghal bniedem. Bnedmin li jimirdu biha huwa dawk li jrabbu t-tjur, jahdmu fejn dawn jinqatlu, jew inkella dawk li jieklu laham ta’ tjur mhux imsajjar sew. Bhalissa din il-marda waslet sar-Rumanija u t-Turkija, jigifieri fl-Ewropa ghada ma dahletx. Importanti li wiehed jghid li l-influwenza tat-tjur mhix il-pandemija u li din ma tittehidx bejn bnedmin.
Pandemija hi marda li taffettwa hafna nies, fuq skala globali. Jigifieri mhux bizzejjed tolqot pajjiz wiehed, izda trid tmiss id-dinja kollha.
Il-biza hu li l-virus tal-influwenza tat-tjur jinbidel b'tali mod li jibda jittiehed bejn il-bnedmin u ghalhekk jinfirex hafna. Ghalissa ghad m'hawnx vaccin ghal dan il-virus u l-unika difiza li ghandna huma l-antivirals. Ghalhekk huwa tajjeb li dawn il-medicini jintuzaw biss f'kaz ta pandemija biex ma tinholoqx resistenza ghalihom u b'hekk jibqghu effettivi.
F'dan l-istadju fejn il-pandemija ghada ma faqqghetx wiehed jista' jiehu l-opportunita biex jipprepara ruhu ghal din l-eventwalita. Dan isir bl-edukazzjoni billi nitghallmu nghattu halqna meta nisgholu jew nghattsu u nehduha drawwa nahslu idejna ta' spiss. Laham tat-tjur ghandu jittiekel misjur sew. Wiehed jista wkoll jaghzel li jahzen xi antivirals kif diga ghamlu bosta. Tajjeb wiehed jghid li l-awtoritajiet taw assigurazzjoni li fl-eventwalita ta’ pandemija ser ikun hawn antivirals ghal kulhadd. Haga ohra li trid tinzamm fil-mohh hi li bhal kull medicina, l-antivirals iridu jittiehdu biss fuq parir ta' tabib.
Ser naghlaq billi nghid li zgur mhux il-kaz ta' paniku, sew ghax pandemija ghada ma faqqghetx u wkoll ghax mill-paniku ma niehdu xejn. Zgur pero hu z-zmien ta' ppjanar u edukazzjoni ghax kif jghidu "bniedem avzat, nofsu armat"!
Dr A. Cordina
Referenzi
1 comment:
Just found your blog out doc! I'll be visiting
Post a Comment